|
+Artikolu 9 Kwantità ta’ kwoti madwar►M9l-Unjoni◄kollha |
Artikolu 9 Kwantità ta’ kwoti madwar►M9l-Unjoni◄kollhaArtikolu 9 Kwantità ta’ kwoti madwar ►M9 l-Unjoni ◄ kollha Il-kwantità ta’ kwoti madwar ►M9 l-Unjoni ◄ maħruġa kull sena mill-2013 għandha tonqos f’mod lineari min-nofs il-perjodu mill-2008 sal-2012. Il-kwantità għandha tonqos b’fattur lineari ta’ 1,74 % meta mqabbel mal-medja tal-kwanitità totali annwali tal-kwoti maħruġa mill-Istati Membri konformement mad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-pjanijiet nazzjonali tal-allokazzjoni għall-perjodu mill-2008 sal-2012. ►A1 Il-kwantità tal-kwoti ►M9 għall-Unjoni ◄ kollha ser tiżdied bħala riżultat tal-adeżjoni tal-Kroazja biss bil-kwantità tal-kwoti li l-Kroazja għandha tirkanta skont l-Artikolu 10(1). ◄ Mill-2021 'il quddiem, il-fattur lineari għandu jkun ta' 2,2 %. Fl-2024, il-kwantità ta' kwoti għall-Unjoni kollha għandha titnaqqas b'90 miljun kwota. Fl-2026, il-kwantità ta' kwoti għall-Unjoni kollha għandha titnaqqas b'27 miljun kwota. Fl-2024, il-kwantità ta' kwoti għall-Unjoni kollha għandha tiżdied bi 78,4 miljun kwota għat-trasport marittimu. Il-fattur lineari għandu jkun 4,3 % mill-2024 sal-2027 u 4,4 % mill-2028. Il-fattur lineari għandu japplika wkoll għall-kwoti li jikkorrispondu għall-emissjonijiet medji mit-trasport marittimu rrapportati f'konformità mar-Regolament (UE) 2015/757 għall-2018 u l-2019 li huma indirizzati fl-Artikolu 3ga ta’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-kwantità ta' kwoti għall-Unjoni kollha sas-6 ta’ Settembru 2023. Mill-1 ta' Jannar 2026 u l-1 ta' Jannar 2027 rispettivament, il-kwantità ta' kwoti għandha tiżdied biex titqies il-kopertura ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra għajr l-emissjonijiet tas-CO2 mill-attivitajiet tat--trasport marittimu u l-kopertura tal-emissjonijiet ta' bastimenti offshore, abbażi tal-emissjonijiet tagħhom għall-aktar sena reċenti li għaliha tkun disponibbli d-data. Minkejja l-Artikolu 10(1), il-kwoti li irriżultaw minn dik iż-żieda għandhom ikunu disponibbli biex jappoġġaw l-innovazzjoni f'konformità mal-Artikolu 10a(8). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|