|
+Artikolu 15 Verifika u Akkreditament |
Artikolu 15 Verifika u AkkreditamentArtikolu 15 Verifika u Akkreditament L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rapporti ppreżentati mill-operaturi jew l-operaturi tal-inġenji tal-ajru skond l-Artikolu 14(3) jiġu vverifikati skond il-kriterji stabbiliti fl-Anness V u kwalunkwe dispożizzjoni dettaljata addottata mill-Kummissjoni skond dan l-Artikolu, u li l-awtorità kompetenti tkun infurmata b’dan. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru li r-rapport tiegħu ma jkunx ġie vverifikati skond il-kriterji stabbiliti fl-Anness V u kwalunkwe dispożizzjoni dettaljata addottata mill-Kummissjoni skond dan l-Artikolu sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena ghall-emissjonijiet matul is-sena preċedenti ma jistax jagħmel trasferimenti ulterjuri ta’ kwoti sakemm ir-rapport ta’ dak l-operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru jiġi vverifikat bħala sodisfaċenti. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni rigward il-verifika ta' rapporti dwar l-emissjonijiet ibbażati fuq il-prinċipji stipulati fl-Anness V, u għall-akkreditazzjoni u s-superviżjoni tal-verifikaturi. Il-Kummissjoni tista' tadotta wkoll atti ta' implimentazzjoni għall-verifika tar-rapporti sottomessi minn operaturi tal-inġenji tal-ajru skont l-Artikolu 14(3) u l-applikazzjonijiet taħt l-Artikoli 3e u 3f, inklużi l-proċeduri ta' verifika li għandhom jintużaw mill-verifikaturi. Hija għandha tispeċifika l-kondizzjonijiet għall-akkreditazzjoni u l-irtirar tal-akkreditazzjoni, għar-rikonoxximent reċiproku u l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-entitajiet tal-akkreditazzjoni, kif ikun adatt. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|