+Artikolu 16 Il-Penali
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.
---+Artikolu 16 3a.
---+Artikolu 16 4.
---+Artikolu 16 5.
---+Artikolu 16 6.
---+Artikolu 16 7.
---+Artikolu 16 8.
---+Artikolu 16 9.
---+Artikolu 16 10.
---+Artikolu 16 11.
---+Artikolu 16 11a.
---+Artikolu 16 12.

Artikolu 16 Il-Penali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16 1.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali li jistgħu jiġu applikati għall-kontravvenzjonijiet kontra d-disposizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali pprovduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-disposizzjonijiet lill-Kummissjoni ►M2  ————— ◄ u għandhom jinnotifikawha wkoll, mingħajr dewmien, b’kull emenda li taffettwahom.
Artikolu 16 2.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-pubblikazzjoni tal-ismijiet tal-operaturi, tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru u tal-kumpaniji tat-tbaħħir li qegħdin jiksru r-rekwiżiti li jċedu biżżejjed kwoti skont din id-Direttiva.
Artikolu 16 3.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru li ma jċedux kwoti suffiċjenti sat- ►M15  30 ta' Settembru ◄ ta’ kull sena biex ikopri l-emissjonijet tiegħu ta’ matul is-sena preċedenti għandu jinżamm responsabbli għall-ħlas ta’ penali ta’ emissjonijiet żejda. Il-penali ta’ emissjonijiet żejda għandha tkun ta’ EUR 100 ghal kull tunellata ta’ dijossidu tal-karbonju ekwivalenti mitfugħa u li għalihom l-operatur ma jkunx ċeda kwoti. Il-ħlas tal-penali ta’ emissjonijiet żejda ma teħlisx lill-operatur mill-obbligu li jċedi ammont ta’ kwoti ekwivalenti ghal dawk l-emissjonijiet żejda meta dan ikun qed iċedi l-kwoti relattivi għas-sena ta’ wara.
Artikolu 16 3a.
Il-penali stabbiliti fil-paragrafu 3 għandhom japplikaw ukoll fir-rigward tal-kumpaniji tat-tbaħħir.
Artikolu 16 4.
Il-penali dwar l-emissjonijiet żejda relatati mal-kwoti maħruġa mill-1 ta’ Jannar 2013 ‘il quddiem għandhom jiżdiedu konformement mal-indiċi Ewropew tal-prezzijiet tal-konsumatur.
Artikolu 16 5.
Fil-każ li operatur tal-inġenji tal-ajru jonqos milli jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u fejn miżuri ta’ infurzar oħra ma żgurawx il-konformità, l-Istat Membru amministrattiv tiegħu jista’ jitlob lill-Kummissjoni biex tiddeċiedi dwar l-impożizzjoni ta’ projbizzjoni ta’ operar fuq l-operatur tal-inġenji tal-ajru kkonċernat.
Artikolu 16 6.

Kwalunkwe talba minn Stat Membru amministrattiv taħt il-paragrafu 5 għandha tinkludi:

(a) 

evidenza li l-operatur tal-inġenji tal-ajru ma kkonformax mal-obbligi tiegħu taħt din id-Direttiva;

(b) 

dettalji tal-azzjoni ta’ infurzar li ttieħdet minn dak l-Istat Membru;

(ċ) 

ġustifikazzjoni għall-impożizzjoni ta’ projbizzjoni ta’ operar fil-livell ►M9  ta' Unjoni ◄ ; u

(d) 

rakkomandazzjoni għall-ambitu ta’ projbizzjoni ta’ operar fil-livell ►M9  ta' Unjoni ◄ u kwalunkwe kondizzjoni li għandha tiġi applikata.

Artikolu 16 7.
Meta talbiet bħal dawk imsemmijin fil-paragrafu 5 huma indirizzati lill-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn permezz tar-rappreżentanti tagħhom fil-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 23(1) skond ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat.
Artikolu 16 8.
L-adozzjoni ta’ deċiżjoniji wara li tkun saret talba skond il-paragrafu 5 għandha tiġi preċeduta, fejn xieraq u prattikabbli, minn konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni regolatorja tal-operatur tal-inġenji tal-ajru kkonċernat. Kull meta jkun possibbli, il-konsultazzjonijiet għandhom isiru b’mod konġunt mill-Kummissjoni u l-Istati Membri.
Artikolu 16 9.
Meta l-Kummissjoni tkun qed tikkunsidra jekk tadottax deċiżjoni wara li tkun saret talba skond il-paragrafu 5, hija għandha tiżvela lill-operatur tal-inġenji tal-ajru kkonċernat il-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li jifformaw il-bażi għal tali deċiżjoni. L-operatur tal-inġenji tal-ajru kkonċernat għandu jingħata l-opportunità li jippreżenta kummenti bil-miktub lill-Kummissjoni fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol mid-data ta’ żvelar.
Artikolu 16 10.
Fuq talba ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni tista’, skond ►M9  il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2) ◄ , taddotta deċiżjoni li timponi projbizzjoni ta’ operar fuq l-operatur tal-inġenji tal-ajru kkonċernat.
Artikolu 16 11.
Kull Stat Membru għandu jinforza, fit-territorju tiegħu, kwalunkwe deċiżjoni addottata skond il-paragrafu 10. Huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni bi kwalunkwe miżura meħuda għall-implimentazzjoni ta’ tali deċiżjonijiet.
Artikolu 16 11a.
Fil-każ ta' kumpanija tat-tbaħħir li tkun naqset milli tikkonforma mal-obbligi ta' ċediment għal żewġ perjodi ta' rapportar konsekuttivi jew aktar, u fejn miżuri ta' infurzar oħrajn ikunu naqsu milli jiżguraw il-konformità, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-port tad-dħul tista', wara li tagħti l-opportunità lill-kumpanija tat-tbaħħir ikkonċernata biex tissottometti l-osservazzjonijiet tagħha, toħroġ ordni ta' tkeċċija, li għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA), lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Istat tal-bandiera kkonċernat. Bħala riżultat tal-ħruġ ta' tali ordni ta' tkeċċija, kull Stat Membru, bl-eċċezzjoni tal-Istat Membru li l-bastiment ikun qed itajjar il-bandiera tiegħu, għandu jirrifjuta d-dħul tal-bastimenti taħt ir-responsabbiltà tal-kumpanija tat-tbaħħir ikkonċernata fi kwalunkwe wieħed mill-portijiet tiegħu sakemm il-kumpanija tat-tbaħħir tissodisfa l-obbligi ta' ċediment tagħha f'konformità mal-Artikolu 12. Meta l-bastiment itajjar il-bandiera ta' Stat Membru u jidħol jew jinstab f'wieħed mill-portijiet tiegħu, l-Istat Membru kkonċernat, wara li jagħti l-opportunità lill-kumpanija tat-tbaġġir ikkonċernata biex tissottometti l-osservazzjonijiet tagħha, għandu jżomm il-bastiment sakemm il-kumpanija tat-tbaħħir tissodisfa l-obbligi ta’ ċediment tagħha.

Meta bastiment li jtajjar ta’ kumpanija ta’ tbaħħir kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tinstab f'wieħed mill-portijiet tal-Istat Membru li l-bastiment ikun qed itajjar il-bandiera tiegħu, l-Istat Membru kkonċernat, wara li jagħti l-opportunità lill-kumpanija ta’ tbaħħir kkonċernata biex tissottometti l-osservazzjonijiet tagħha, jista' joħroġ ordni ta' detenzjoni tal-Istat tal-bandiera sakemm il-kumpanija tat-tbaħħir tissodisfa l-obbligi ta’ ċediment tagħha. Għandu jinforma lill-Kummissjoni, lill-EMSA u lill-Istati Membri l-oħra b'dan. Bħala riżultat tal-ħruġ ta' tali ordni ta' detenzjoni tal-Istat tal-bandiera, kull Stat Membru għandu jieħu l-istess miżuri bħal dawk li huma meħtieġa wara l-ħruġ ta’ ordni ta' tkeċċija f'konformità mal-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza.

Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-regoli marittimi internazzjonali applikabbli fil-każ ta' bastimenti f'diffikultà.

Artikolu 16 12.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jikkonċernaw regoli dettaljati fir-rigward tal-proċeduri msemmija f'dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0087
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.