+Artikolu 18a Stat Membru Amministrattiv
---+Artikolu 18a 1.
---+Artikolu 18a 2.
---+Artikolu 18a 3.
---+Artikolu 18a 4.
---+Artikolu 18a 5.
|
Artikolu 18a Stat Membru Amministrattiv
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 18a 1.
|
L-Istat Membru amministrattiv fir-rigward ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jkun:
(a)
fil-każ ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru b’liċenzja operattiva valida maħruġa minn Stat Membru skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta’ Lulju 1992 dwar liċenzjar ta’ air carriers (
33
), l-Istat Membru li jkun ħareġ il-liċenzja operattiva fir-rigward ta’ dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru; u
(b)
fil-każijiet kollha l-oħra, l-Istat Membru bl-akbar ammont ta’ emissjonijiet stmati u dovuti lill-avjazzjoni minn titjiriet mwettqa minn dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru fis-sena ta’ bażi.
|
|
Artikolu 18a 2.
|
Meta fl-ewwel sentejn ta’ kwalunkwe perjodu msemmi fl-Artikolu 13, l-ebda mill-emissjonijiet attribwiti lill-avjazzjoni minn titjiriet imwettqin minn operatur tal-inġenji tal-ajru li jaqa’ fl-ambitu tal-punt (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma huma attribwiti lill-Istat Membru amministrattiv tiegħu, l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jiġi trasferit lejn Stat Membru amministrattiv ieħor fir-rigward tal-perjodu li jmiss. L-Istat Membru amministrattiv il-ġdid għandu jkun l-Istat Membru bl-akbar emissjonijiet attribwiti lill-avjazzjoni stmati minn titjiriet imwettqin minn dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru matul l-ewwel sentejn tal-perjodu ta’ qabel.
|
|
Artikolu 18a 3.
|
Abbażi tal-aqwa informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni għandha:
(a)
qabel l-1 ta’ Frar 2009, tippubblika lista tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru li wettqu attività tal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I fi jew wara l-1 ta’ Jannar 2006 li tispeċifika l-Istat Membru amministrattiv għal kull operatur tal-inġenji tal-ajru skond il-paragrafu 1; u
▼M14
(b)
mill-2024, mill-inqas kull sentejn, taġġorna l-lista biex tinkludi l-operaturi ta’ inġenju tal-ajru li sussegwentement wettqu attività tal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I; meta operatur ta’ inġenju tal-ajru ma jkunx wettaq attività tal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I matul l-erba’ snin kalendarji konsekuttivi ta’ qabel l-aġġornament tal-lista, dak l-operatur ta’ inġenju tal-ajru ma għandux jiġi inkluż fil-lista.
▼M2
|
|
Artikolu 18a 4.
|
Il-Kummisjoni tista’, b’konformità
►M9
mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2) ◄ , tiżviluppa linji gwida marbuta mal-amministrazzjoni tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru taħt din id-Direttiva mill-Istati Membri amministrattivi.
|
|
Artikolu 18a 5.
|
Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, “sena ta’ bażi” tfisser, fir-rigward ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru li beda jopera
►M9
fl-Unjoni ◄ wara l-1 ta’ Jannar 2006, l-ewwel sena kalendarja tal-operat, u fil-każijiet l-oħrajn kollha, is-sena kalendarja li tibda fl-1 ta’ Jannar 2006.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0087
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|