Minbarra l-inklużjonijiet previsti fl-Artikolu 24, il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri għall-ħruġ ta' kwoti jew krediti fir-rigward ta' proġetti amministrati minn Stati Membri li jnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra li ma jkunux koperti mill-EU ETS.
Tali miżuri għandhom ikunu konsistenti mal-atti adottati skont dak li qabel kien l-Artikolu 11b(7) kif kien fis-seħħ qabel it-8 ta' April 2018. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23 biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistipula l-proċedura li għandha tiġi segwita.
▼M4
Kwalunkwe miżura bħal din ma għandhiex tirriżulta fl-għadd doppju ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet u lanqas timpedixxi l-impenn ta’ miżuri ta’ politika oħra għat-tnaqqis tal-emissjonijiet mhux koperti
►M9
bl-EU ETS ◄ . Għandhom jiġu adottati miżuri biss meta l-inklużjoni ma tkunx possibbli taħt l-Artikolu 24, u r-reviżjoni li jmiss
►M9
tal-EU ETS ◄ għandha tikkunsidra tarmonizza l-kopertura ta’ dawk l-emissjonijiet madwar
►M9
l-Unjoni ◄ kollha.