|
+Artikolu 27 1. |
Artikolu 27 1.Wara li jikkonsultaw lill-operatur, l-Istati Membri jistgħu jeskludu, ►M9 mill-EU ETS ◄ , istallazzjonijiet li rrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti emissjonijiet ta’ anqas minn 25 000 tunnellata ekwivalenti ta’ dijossidju tal-karbonju u, meta jwettqu attivitajiet ta’ kombustjoni, ikollhom kapaċità termika nominali ta’ anqas minn 35 MW, esklużi l-emissjonijiet mill-bijomassa f’kull waħda mit- 3 snin li jippreċedu n-notifika msemmija f’punt (a), u li huma suġġetti għal miżuri li jiksbu kontribut ekwivalenti għal tnaqqis tal-emissjonijiet, jekk l-Istat Membru kkonċernat jikkonforma mal-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
jinnotifika l-Kummissjoni dwar kull waħda minn dawn l-istallazzjonijiet, filwaqt li jispeċifika l-miżuri ekwivalenti li japplikaw għal dik l-istallazzjoni li se tikseb kontribut ekwivalenti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet li qegħdin fis-seħħ, qabel ma l-lista ta’ istallazzjonijiet taħt l-Artikolu 11(1) tkun trid tiġi ppreżentata u mhux aktar tard minn meta din il-lista tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni;
(b)
jikkonferma li hemm arranġamenti ta’ monitoraġġ fis-seħħ li jivvalutaw jekk kwalunkwe istallazzjoni tkunx is-sors ta’ 25 000 tunnellata ta’ emissjonijiet jew aktar tal-ekwivalenti tad-dijossidju tal-karbonju, esklużi l-emissjonijiet mill-bijomassa, fi kwalunwe sena kalendarja; L-Istati Membri jistgħu jippermettu li jkun hemm miżuri simplifikati ta’ monitoraġġ, rappurtar u verifika għall-istallazzjonijiet b’emissjonijiet annwali vverifikati bejn l-2008 u l-2010 li jkunu anqas minn 5 000 tunnellata fis-sena, taħt l-Artikolu 14;
(c)
jikkonferma li jekk xi istallazzjoni tkun sors ta’ 25 000 tunnellata ta’ emissjonijiet jew aktar tal-ekwivalenti tad-dijossidju tal-karbonju, esklużi l-emissjonijiet mill-bijomassa, fi kwalunwe sena kalendarja jew li l- miżuri li japplikaw għal dik l-istallazzjoni li se tikseb kontribut ekwivalenti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ma għadhomx fis-seħħ, l-istallazzjoni tiġi introdotta mill-ġdid ►M9 fl-EU ETS ◄ ;
(d)
jippubblika l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) (b) u (c) għall-kummenti mill-pubbliku. L-isptarijiet jistgħu ikunu esklużi jekk jieħdu miżuri ekwivalenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|