|
+Artikolu 29a 1. |
Artikolu 29a 1.Jekk il-prezz medju tal-kwoti għas-sitt xhur kalendarji preċedenti jkun aktar minn 2,4 darbiet il-prezz medju tal-kwoti għall-perjodu ta' referenza tas-sentejn preċedenti, għandhom jiġu rilaxxati 75 miljun kwota mir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq f'konformità mal-Artikolu 1(7) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814. Il-prezz tal-kwoti msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu, għall-kwoti koperti mill-Kapitoli II u III, ikun il-prezz tal-irkantijiet imwettqa f'konformità mal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 10(4). Il-perjodu ta' referenza tas-sentejn preċedenti msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun il-perjodu ta' sentejn li jintemm qabel l-ewwel xahar tal-perjodu ta' sitt xhur kalendarji msemmi f'dak is-subparagrafu. Meta l-kundizzjoni fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu tiġi ssodisfata u l-paragrafu 2 ma jkunx applikabbli, il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż f'dak ir-rigward f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li jindika d-data li fiha l-kundizzjoni ġiet issodisfata. Il-Kummissjoni għandha tippubblika fl-ewwel tlett ijiem tax-xogħol ta' kull xahar il-prezz medju tal-kwoti għas-sitt xhur kalendarji preċedenti u l-prezz medju tal-kwoti għall-perjodu ta' referenza tas-sentejn preċedenti. Jekk il-kundizzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ma tiġix issodisfata, il-Kummissjoni għandha tippubblika wkoll il-livell li l-prezz medju tal-kwoti jkollu jilħaq fix-xahar ta' wara sabiex tiġi ssodisfata l-kundizzjoni msemmija f'dak is-subparagrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|