+Artikolu 30j Proċeduri għall-estensjoni unilaterali tal-attività msemmija fl-Anness III għal setturi oħra mhux soġġetti għall-Kapitoli II u III
---+Artikolu 30j 1.
---+Artikolu 30j 2.

Artikolu 30j Proċeduri għall-estensjoni unilaterali tal-attività msemmija fl-Anness III għal setturi oħra mhux soġġetti għall-Kapitoli II u III

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 30j 1.
Mill-2027, l-Istati Membri jistgħu jestendu l-attività msemmija fl-Anness III għal setturi li mhumiex elenkati f'dak l-Anness u b'hekk japplikaw l-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet f'konformità ma' dan il-Kapitolu f'tali setturi, b'kont meħud tal-kriterji rilevanti kollha, b'mod partikolari l-effetti fuq is-suq intern, id-distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni, l-integrità ambjentali tas-sistema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet stabbilita skont dan il-Kapitolu u l-affidabbiltà tas-sistema ta' monitoraġġ u rapportar ippjanata, dment li l-estensjoni tal-attività msemmija f’dak l-Anness tkun approvata mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23 biex tissupplementa din id-Direttiva rigward l-approvazzjoni ta' estensjoni kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-awtorizzazzjoni għall-ħruġ ta' kwoti addizzjonali u l-awtorizzazzjoni ta' Stati Membri oħra biex jestendu l-attività msemmija fl-Anness III. Il-Kummissjoni, meta tadotta tali atti delegati, tista' wkoll tissupplementa l-estensjoni b'regoli ulterjuri li jirregolaw miżuri biex jiġu indirizzati każijiet possibbli ta' għadd doppju, inkluż għall-ħruġ ta' kwoti addizzjonali biex jikkumpensaw għal kwoti ċeduti għall-użu ta' fjuwils f'attivitajiet elenkati fl-Anness I. Kwalunkwe miżura finanzjarja mill-Istati Membri favur kumpaniji f'setturi u subsetturi li huma esposti għal riskju ġenwin ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, minħabba kostijiet indiretti sinifikanti li jiġġarrbu mill-kostijiet tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mgħoddija fil-prezzijiet tal-fjuwil minħabba l-estensjoni unilaterali, għandhom ikunu f'konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, u ma għandhomx jikkawżaw distorsjonijiet indebiti tal-kompetizzjoni fis-suq intern.

Artikolu 30j 2.
Kwoti addizzjonali maħruġa skont awtorizzazzjoni skont dan l-Artikolu għandhom jiġu rkantati f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 30d. Minkejja l-Artikolu 30d(1) sa (6), l-Istati Membri li jkunu estendew unilateralment l-attività msemmija fl-Anness III f'konformità ma’ dan l-Artikolu għandhom jiddeterminaw l-użu tad-dħul iġġenerat mill-irkantar ta' dawk il-kwoti addizzjonali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0087
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.