|
+Artikolu 30k 2. |
Artikolu 30k 2.Meta waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, jew it tnejn li huma, jiġu ssodisfati, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:
(a)
b'deroga mill-Artikolu 30c(1), l-ewwel sena li għaliha l-kwantità ta' kwoti fl-Unjoni kollha hija stabbilita għandha tkun l-2028; u, b'deroga mill-Artikolu 30c(3), l-ewwel sena li għaliha l-kwantità ta' kwoti għall-Unjoni kollha tiġi aġġustata għandha tkun l-2029;
(b)
b'deroga mill-Artikolu 30d(1) u (2), il-bidu tal-irkantar tal-kwoti fl-ambitu ta' dan il-Kapitolu għandu jiġi pospost għall-2028;
(c)
b'deroga mill-Artikolu 30d(2), l-ammont addizzjonali ta' kwoti għall-ewwel sena ta' rkanti għandhom jitnaqqsu mill-volumi tal-irkanti għall-perjodu mill-2030 sal-2032 u l-parteċipazzjonijiet inizjali fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq għandhom jinħolqu fl-2028;
(d)
b'deroga mill-Artikolu 30e(2), l-iskadenza għaċ-ċediment inizjali ta' kwoti għandha titressaq lura għall-31 ta’ Mejju 2029 għall-emissjonijiet totali fis-sena 2028;
(e)
b'deroga mill-Artikolu 30i, l-iskadenza għall-Kummissjoni biex tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha titressaq lura għall-1 ta' Jannar 2029. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|