+L-Artikolu 10
---+L-Artikolu 10 1.
---+L-Artikolu 10 2.
---+L-Artikolu 10 3.

L-Artikolu 10

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
L-Artikolu 10 1.

Dawn li ġejjin għandhom ikunu immuni minn proċeduri legali u ma għandhomx ikunu suġġetti għal kull forma ta' sekwestru, qbid jew eżekuzzjoni:

(a) 

żejt mhux raffinat, prodotti ta' żejt mhux raffinat u gass naturali li joriġinaw fl-Iraq, sakemm it-titolu ta' dan il-materjal jgħaddi f'idejn ix-xerrej;

(b) 

dħul u obbligi li jirriżultaw mill-bejgħ ta' żejt mhux raffinat, prodotti ta' żejt mhux raffinat u gass naturali li joriġinaw fl-Iraq, inklużi pagamenti għal dawn l-oġġetti ddepożitati fil-Fond għall-Iżvilupp ta' l-Iraq miżmum mill-Bank Ċentrali ta' l-Iraq;

(ċ) 

fondi u riżorsi ekonomiċi friżati skond l-Artiklu 4;

(d) 

l-Fond għall-Iżvilupp ta' l-Iraq miżmum mill-Bank Ċentrali ta' l-Iraq.

L-Artikolu 10 2.
B'deroga mill-paragrafu 1, id-dħul u l-obbligi li jirriżultaw mill-bejgħ ta' żejt mhux raffinat, prodotti ta' żejt mhux raffinat u gass naturali li joriġinaw fl-Iraq, u l-Fond għall-Iżvilupp ta' l-Iraq ma għandhomx ikunu immuni minn pretensjonijiet magħmula a bażi tar-responsabbiltà ta' l-Iraq għal danni ikkawżati minn inċidenti ekoloġiċi wara t-22 ta' Mejju 2003.
L-Artikolu 10 3.
Il-paragrafu 1(a), (b) u (d) m'għandux japplika għal proċedimenti legali li jikkonċernaw kwalunkwe obbligu kuntrattwali li jkun daħal għalih l-Iraq, inkluż b'mod partikolari l-Gvern Proviżorju tiegħu, il-Bank Ċentrali ta' l-Iraq u l-Fond ta' l-Iżvilupp għall-Iraq, wara t-30 ta' Ġunju 2004 u lanqas għal kwalunkwe deċiżjoni finali li tirriżulta minn tali obbligu kuntrattwali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.12.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003R1210
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.