|
+Artikolu 5 ---+Article 5 1. ---+Article 5 2. |
Artikolu 5Artikolu 5 1. Fejn disposizzjonijiet tal-Komunità jitolbu l-applikazzjoni tal-prinċipji tal-GLP wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva għal provi fuq prodotti kemikali, l-Istati Membri jma jistgħux, fuq kriterji li għandhom x'jaqsmu mal-prinċipji tal-GLP, jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jimpedu t-tpoġġija fuq is-suq ta' prodotti kemikali jekk il-prinċipji applikati mill-laboratorji konċernati huma skond dawk imsemmija fl-Artikolu 1. 2. Jekk Stat Membru jistabbilixxi fuq il-bażi ta' evidenza dettaljata li l-applikazzjoni tal-prinċipji tal-GLP u l-verifikazzjoni ta' l-applikazzjoni tagħhom għal provi fuq sustanzi kimiċi juru li, minkejja li sustanza kimika ġiet eżaminata skond ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva, tirrappreżenta periklu lill-bniedem u lill-ambjent, l-Istat Membru jista' jipprojbixxu proviżjonalment jew jagħmel suġġett għal kondizzjonijiet speċjali l-bejgħ ta' dik is-sustanza fit-territorju tiegħu. Għandu jinforma minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'dan u jagħti l-kriterji għal din id-deċiżjoni. Il-Kummissjoni għandha, fi żmien sitt ġimgħat, tikkonsulta lill-Istati Membri konċernati u mbgħat tagħti l-opinjoni tagħha u tieħu l-miżuri xierqa mingħajr dewmien. Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri ta' implimentazzjoni biex tintroduċi adattamenti tekniċi neċessarji għal din id-Direttiva. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 4(2). Fil-każ imsemmi fit-tielet subparagrafu, l-Istat Membru li jkun adotta l-miżuri ta' salvagwardja jista' jżommhom sad-dħul fis-seħħ ta' dawk l-adattamenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|