Din id-Direttiva tistabbilixxi l-miżuri li jikkordinaw il-liġijiet, ir-regolamenti, id-disposizzjonijiet amministrattivi, il-kodiċi tal-prattika u arranġamenti oħra ta’ l-Istati Membri, inklużi l-arranġamenti stabbiliti mill-organizzazzjonijiet awtorizzati uffiċċjalment biex jirregolaw is-swieq (minn hawn-il quddiem imsejħa “regoli”), rigward l-offerti ta’ xiri għas-sigurtajiet tal-kumpanniji regolati mil-liġijiet ta’ l-Istati Membri, fejn parti jew is-sigurtajiet kollha ikunu permessi jagħmlu kummerċ f’suq regolat skond id-Direttiva 93/22/KEE (
1
) f’wieħed jew aktar Stati Membri (minn hawn-il quddiem imsejħa “suq regolat”).