+Artikolu 3 Prinċipji ġenerali
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
|
Artikolu 3 Prinċipji ġenerali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 1.
|
Għall-iskop li tiġi implimentata din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-prinċipji li ġejjin jiġu mħarsa:
(a)
id-detenturi kollha tas-sigurtajiet tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta ta’ l-istess klassi għandhom jiġu trattati b’mod ugwali; aktar minn hekk jekk persuna tikseb il-kontroll ta’ kumpannija, id-detenturi l-oħra tas-sigurtajiet għadhom jiġu protetti;
(b)
id-detenturi tas-sigurtajiet tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta għandu jkollhom żmien u informazzjoni biżżejjed biex ikunu kapaċi jieħdu deċiżjoni li tkun informata tajjeb fuq l-offerta; fejn jagħtu pariri lid-detenturi tas-sigurtajiet, il-bord tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta għandu jagħti l-opinjonijiet tiegħu fuq l-effetti ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-offerta fuq ix-xogħol, il-kondizzjonijiet tax-xogħol u l-postijiet ta’ negozju tal-kumpannija;
(ċ)
il-bord tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta għandu jaħdem fl-interessi tal-kumpannija fl-intier tagħha u m’għandux iċaħħad lid-detenturi tas-sigurtajiet tal-kumpannija milli jkollhom l-opportunità jiddeċiedu fuq il-merti ta’ din l-offerta;
(d)
m’għandhomx jinħolqu swieq foloz fis-sigurtajiet tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta, tal-kumpannija li qed tagħmel l-offerta jew ta’ kwalunkwe kumpannija milquta mill-offerta fejn żieda jew roħs tal-prezzijiet tas-sigurtajiet isiru foloz u l-funzjonijiet normali tas-swieq jiġu mfixkla;
(e)
min qed jagħmel l-offerta għandu jiddikjara l-offerta tiegħu biss wara li jkun aċċertat li hu jkun jista’ jaderixxi bis-sħiħ kwalunkwe konsiderazzjoni ta’ flus kontanti, jekk din tiġi offruta, u wara li jittieħdu l-miżuri kollha raġonevoli biex tiġi aċċertata l-implimentazzjoni ta’ kull tip ieħor ta’ konsiderazzjoni;
(f)
kumpannija li qed tirċievi l-offerta m’għandiex tiġi mfixkla minn offerta fit-twettieq tax-xogħolijiet tagħha għal żmien itwal milli jkun raġonevoli.
|
|
Artikolu 3 2.
|
Bl-iskop li tiġi aċċertata l-konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 1, l-Istati Membri:
(a)
għandhom jassiguraw li l-ħtiġiet minimi kif stabbiliti f’din id-Direttiva jiġu osservati;
(b)
jistgħu jistabbilixxu kondizzjonijiet addizzjonali u disposizzjonijiet aktar stretti minn dawk ta’ din id-Direttiva għall-kontroll ta’ l-offerti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004L0025
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|