+Artikolu 9 Obbligi tal-bord tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 9 4.
---+Artikolu 9 5.
---+Artikolu 9 6.
|
Artikolu 9 Obbligi tal-bord tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1.
|
L-Istati Membri għandhom jassiguraw li r-regoli stabbiliti f’paragrafi 2 sa 5 ikunu mħarsa.
|
|
Artikolu 9 2.
|
Fi żmien il-perjodu msemmi fit-tieni paragrafu, il-bord tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta għandu jikseb minn qabel l-awtorizzazzjoni tal-laqgħa ġenerali ta’ l-azzjonisti li tingħata għal dan l-iskop qabel jieħu kwalunkwe azzjoni, minflok ifittex offerti alternattivi, li jistgħu jirriżultaw fil-frustrazzjoni ta’ l-offerta u b’mod partikolari qabel jinħarġu kwalunkwe ishma li jistgħu jwasslu għal impediment fit-tul għal min qed jagħmel l-offerta biex dan jikseb il-kontroll tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta. Din l-awtorizzazzjoni għandha tkun obbligatorja mill-inqas miż-żmien meta l-bord tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta jirċievi l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 6(1) li tikkonċerna l-offerta u sakemm ir-riżultat ta’ l-offerta jsir pubbliku jew l-offerta tiskadi. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li din l-awtorizzazzjoni tinkiseb fi stadju aktar kmieni, per eżempju hekk kif il-bord tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta jsir jaf li l-offerta hija imminenti.
|
|
Artikolu 9 3.
|
Rigward id-deċiżjonijiet li jittieħdu qabel il-bidu tal-perjodu msemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 li ma jkunux għadhom ġew implimentati parzjalment jew fl-intier tagħhom, il-laqgħa ġenerali ta’ l-azzjonisti għandha tapprova jew tikkonferma kwalunkwe deċiżjoni li ma tkunx tagħmel parti mill-kors normali tat-tħaddim tal-kumpannija u li l-implimentazzjoni tagħhom tista’ twassal biex l-offerta tiġi frustrata.
|
|
Artikolu 9 4.
|
Bl-iskop li tinkiseb minn qabel l-awtorizzazzjoni, l-approvazzjoni jew il-konferma tad-detenturi tas-sigurtajiet msemmija fil-paragrafi 2 u 3, l-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli li jippermettu s-sejħa f’qasir żmien ta’ laqgħa ġenerali għall-azzjonisti, sakemm il-laqgħa ma ssirx fi żmien ġimgħatejn minn meta tkun ingħatat in-notifika.
|
|
Artikolu 9 5.
|
Il-bord tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta għandu jagħmel u joħroġ għall-pubbliku dokument li fih jagħti l-opinjoni tiegħu fuq l-offerta u r-raġunijiet li fuqha din tkun ibbażata, inklużi il-ħsibijiet tiegħu fuq l-effetti ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-offerta fuq l-interessi kollha tal-kumpannija u b’mod speċifiku ix-xogħol, u fuq il-pjani strateġiċi ta’ min qed jagħmel l-offerta u r-riperkussjonijiet li jistgħu iseħħu fuq ix-xogħol u l-postijiet tan-negozju tal-kumpannija kif stabbiliti fid-dokument ta’ l-offerta skond l-Artikolu 6(3)(i). Il-bord tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta għandu fl-istess żmien jikkomunika dik l-opinjoni lir-rappreżentanti ta’ l-impjegati tiegħu jew, fejn ma jkunx hemm dawn ir-rappreżentanti, lill-impjegati nfishom. Meta l-bord tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta jirċievi f’ħin adattat opinjoni oħra minn għand ir-rappreżentanti ta’ l-impjegati dwar l-effetti ta’ l-offerta fuq ix-xogħol, dik l-opinjoni għandha tkun inkluża mad-dokument.
|
|
Artikolu 9 6.
|
Għall-iskopijiet ta’ paragrafu 2, fejn kumpannija ikollha struttura ta’ bord fuq żewġ binarji “bord” għandha tfisser kemm il-bord ta’ ġestjoni kif ukoll il-bord ta’ superviżjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004L0025
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|