+Artikolu 11 Innovazzjoni
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.
---+Artikolu 11 5.
---+Artikolu 11 6.
---+Artikolu 11 7.
|
Artikolu 11 Innovazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1.
|
Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u obbligi oħra msemmija fil-liġi tal-Komunità għall-kumpanniji msemmija fl-Artikolu 1(1), l-Istati Membri għandhom jassiguraw li d-disposizzjonijiet stabbiliti f’paragrafi 2 sa 7 japplikaw meta l-offerta ssir pubblika.
|
|
Artikolu 11 2.
|
Kull restrizzjoni fuq it-trasferiment ta’ sigurtajiet msemmija fl-artikoli ta’ assoċjazzjoni tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta m’għandhomx japplikaw għal min qed jagħmel l-offerta waqt iż-żmien allokat għall-aċċettazzjoni ta’ l-offerta stabbilita fl-Artikolu 7(1). Ir-restrizzjonijiet kollha fuq it-trasferiment ta’ sigurtajiet li huma msemmija fil-ftehim kuntrattwali bejn il-kumpannija li qed tirċievi l-offerta u d-detenturi tas-sigurtajiet tagħha, jew fil-ftehim kuntrattwali bejn id-detenturi tas-sigurtajiet tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta li daħlu fis-seħħ wara l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva, m’għandhomx japplikaw għal min qed jagħmel l-offerta waqt iż-żmien allokat għall-aċċettazzjoni ta’ l-offerta stabbilita fl-Artikolu 7(1).
|
|
Artikolu 11 3.
|
Ir-restrizzjonijet fuq id-drittijiet tal-vot li huma msemmija fl-artikoli ta’ assoċjazzjoni tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta m’għadhomx ikollhom effett fuq il-laqgħa ġenerali ta’ l-azzjonisti li tiddeċiedi fuq kwalunkwe miżura difensiva skond l-Artikolu 9. Restrizzjonijiet fuq id-drittijiet msemmija fil-ftehim kuntrattwali bejn il-kumpannija li qed tirċievi l-offerta u d-detenturi ta’ sigurtajiet, jew fil-ftehim kuntrattwali bejn detenturi tas-sigurtajiet tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta li daħlu fis-seħħ wara l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva, m’għandhomx ikollhom effett fuq il-laqgħa ġenerali ta’ l-azzjonisti li tiddeċiedi fuq kwalunkwe miżura difensiva skond l-Artikolu 9. Sigurtajiet b’voti multipli għandu jkollhom vot wieħed biss kull wieħed fil-laqgħa ġenerali ta’ l-azzjonisti li tiddeċiedi fuq kwalunkwe miżura difensiva skond l-Artikolu 9.
|
|
Artikolu 11 4.
|
Fejn, wara li ssir offerta, dak li qed jagħmel l-offerta jżomm 75 % jew aktar tal-kapital bi drittijiet tal-vot, l-ebda restrizzjoni m’għandha tapplika li tkun fuq it-trasferiment tas-sigurtajiet jew fuq id-drittijiet tal-vot msemmija fil-paragrafi 2 u 3 u lanqas fuq kwalunkwe drittijiet oħra straordinarji ta’ l-azzjonisti li jikkonċernaw il-ħatra jew it-tneħħija ta’ membri tal-bord imsemmija fl-artikoli ta’ assoċjazzjoni tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta; siguratjiet b’voti multipli għandu jkollhom vot wieħed biss kull wieħed fl-ewwel laqgħa ġenerali wara l-għeluq ta’ l-offerta, li tissejjaħ minn min qed jagħmel l-offerta biex jemenda l-artikoli ta’ assoċjazzjoni jew biex ineħħi jew jaħtar il-membri tal-bord. Għal dak il-għan, min qed jagħmel l-offerta għandu jkollu d-dritt li jsejjaħ fi żmien qasir laqgħa ġenerali għall-azzjonisti, sakemm il-laqgħa ma ssirx f’perjodu ta’ inqas minn ġimgħatejn wara n-notifika.
|
|
Artikolu 11 5.
|
Fejn jitneħħew drittijiet fuq bażi tal-paragrafi 2,3 jew 4 u/jew l-Artikolu 12, kumpens aċċettabbli għandu jiġi ipprovdut għat-telf li jkunu sofrew id-detenturi ta’ dawk id-drittijiet. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu t-termini li jiddeterminaw dan il-kumpens u l-arranġamenti għall-ħlas tiegħu.
|
|
Artikolu 11 6.
|
Il-paragrafi 3 u 4 m’għandhomx japplikaw għas-sigurtajiet fejn ir-restrizzjonijiet fuq id-drittijiet tal-vot jiġu kumpensati permezz ta’ vantaġġi pekunjarji speċifiċi.
|
|
Artikolu 11 7.
|
Dan l-Artikolu m’għandux japplika kemm fejn Stati Membri jkollhom sigurtajiet fil-kumpannija li qed tirċievi l-offerta li tagħti drittijiet speċjali lill-Istati Membri, liema drittijiet ikunu kompatibbli mat-Trattat, u kemm għad-drittijiet speċjali msemmija fil-liġi nazzjonali li jkunu kompatibli mat-Trattat jew għall-koperattivi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004L0025
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|