+Artikolu 15 Id-dritt ta’ l-irtirar
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 15 3.
---+Artikolu 15 4.
---+Artikolu 15 5.

Artikolu 15 Id-dritt ta’ l-irtirar

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 15 1.
L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, wara li ssir offerta għas-sigurtajiet kollha lid-detenturi kollha tas-sigurtajiet tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta, il-paragrafi 2 sa 5 għandhom japplikaw.
Artikolu 15 2.

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li min jagħmel l-offerta ikun jista’ jirrikjedi lid-detenturi tal-bqija tas-sigurtajiet biex dawn ibiegħu dawk is-sigurtajiet bi prezz raġonevoli. L-Istati Membri għandhom jintroduċu dan id-dritt f’kull waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a) 

fejn min jagħmel l-offerta jkollu sigurtajiet li jirrapreżentaw mhux inqas minn 90 % tal-kapital bi drittijiet tal-vot u 90 % tad-drittijiet tal-vot fil-kumpannija li qed tirċievi l-offerta,

jew

(b) 

fejn, wara l-aċċettazzjoni ta’ l-offerta, hu/hi jkunu akkwistaw jew ikunu għamlu kuntratt biex jakkwistaw sigurtajiet li jirrapreżentaw mhux inqas minn 90 % tal-kapital bi drittijiet tal-vot tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta u 90 % tad-drittijiet tal-vot inklużi fl-offerta.

Fil-każ msemmi f’(a), l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limitu massimu aktar għoli li, iżda, ma jistax ikun aktar għoli minn 95 % tal-kapital bi drittijiet tal-vot u 95 % tad-drittijiet tal-vot.

Artikolu 15 3.
L-Istati Membri għandhom jassiguraw li jkun hemm regoli fis-seħħ li jagħmlu l-kalkolazzjoni possibli meta l-limitu massimu jintlaħaq.

Fejn kumpannija li qed tirċievi offerta tkun ħarġet aktar minn klassi waħda ta’ sigurtajiet, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li d-dritt ta’ l-irtirar jiġi eżerċitat biss fil-klassi fejn il-limitu massimu stabbilit fil-paragrafu 2 ikun intlaħaq.

Artikolu 15 4.
Jekk min jagħmel l-offerta ikun jixtieq jagħmel użu mid-dritt ta’ l-irtirar hu/hi għandhom jagħmlu dan fi żmien tliet xhur minn meta jintemm iż-żmien allokat għall-aċċettazzjoni ta’ l-offerta msemmija fl-Artikolu 7.
Artikolu 15 5.
L-Istati Membri għandhom jassiguraw li jkun hemm garanzija ta’ prezz raġonevoli. Il-prezz għandu jkun l-istess forma bħal konsiderazzjoni offruta fl-offerta jew għandu jkun f’forma ta’ flus kontanti. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-flus kontanti ikunu mill-inqas offruti bħala alternattiva.

Wara li ssir offerta volontarja, fiż-żewġ każi msemmija fil-paragrafu 2(a) u (b), il-konsiderazzjoni offruta fl-offerta għandha titqies bħala raġonevoli fejn, permezz ta’ l-aċċettazzjoni ta’ l-offerta, dak li jagħmel l-offerta ikun akkwista sigurtajiet li jirrapreżentaw mhux inqas minn 90 % tal-kapital bi drittijiet tal-vot inkluż fl-offerta.

Wara li ssir offerta obbligatorja, il-konsiderazzjoni offruta fl-offerta għandha titqies bħala raġonevoli.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004L0025
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.