+Artikolu 2 Tifsir

Artikolu 2 Tifsir

Artikolu 2

Tifsir

Għal l-iskop ta' din id-Direttiva t-tifsiriet li ġejjin għandhom jgħoddu:

1.

“danni ambjentali” jfisser :

(a) danni lil l-ispeċi protetti u lil l-ambjenti naturali, li huma kull dannu li għandu effett negattiv sinifikattiv fuq il-kisba u l-manteniment ta' l-istatus favorevoli ta' ħarsien ta' dawn l-ispeċi jew ambjenti. L-importanza ta' dawn l-effetti għandha tkun ikalkolata fi stima tal-kondizzjonijiet tal-bażi, u wara li jkunu ikkunsidrati il-kriterji stabbiliti fl-Anness I;

Danni lil l-ispeċi protetti u lil l-ambjenti naturali ma jfissirx effetti negattivi li ġew identifikati minn qabel li huma r-riżultat ta' azzjoni ta' operator li kien awtorizzat b'mod ċar mill-awtoritajiet relevanti skond id-dispożizzjonijiet li jimplimentaw l-Artikolu 6(3) u (4) jew l-Artikolu 16 tad-Direttiva 92/43/KEE: jew l-Artikolu 9 tad-Direttiva 79/409/KEE: jew, fil-każ ta' ambjenti naturali jew speċi li mhumiex koperti mill-liġI tal-Komunità, skond id-dispożizzjonijiet ekwivalenti fil-liġI nazzjoni dwar il-ħarsien tan-natura.

▼M3

(b) “ħsara lill-ilma”, li hija kwalunkwe ħsara li taffettwa ħażin b’mod sinifikanti

(i) l-istatus ekoloġiku, kimiku jew kwantitattiv jew il-potenzjal ekoloġiku, kif iddefiniti fid-Direttiva 2000/60/KE, tal-ilmijiet kkonċernati, bl-eċċezzjoni tal-effetti ħżiena meta japplika l-Artikolu 4(7) ta’ dik id-Direttiva, jew

(ii) l-istatus ambjentali tal-ilmijiet tal-baħar ikkonċernati, kif iddefiniti fid-Direttiva 2008/56/KE, safejn aspetti partikolari tal-istatus ambjentali tal-ambjent tal-baħar mhumiex diġà indirizzati permezz tad-Direttiva 2000/60/KE;

▼B

(ċ) Danni lil l-art, li huma kull kontaminazzjoni ta' l-art li toħloq periklu sinifikattiv li is-saħħa tal-bniedem tkun milquta b'mod negattiv bħala riżultat ta' l-introduzzjoni diretta jew indiretta, fi, fuq jew taħt l-art, ta' sustanzi, preparazzjonijiet, organiżmi jew micro-organiżmi;

2.

“danni” : jfissru bidla negattiva kwantifikabbli fir-riżorsi naturali jew indeboliment kwantifikabbli ta' servizz tar--riżorsi naturali li jista' jseħħ direttament jew indirettament;

3.

“L-ispeċi protetti u l-ambjenti naturali” jfissru :

(a) l-ispeċi msemmija fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 79/409/KEE: jew dawk fil-lista ta' l-Anness I tagħha jew dawk fil-lista ta' l-anness II u IV tad-Direttiva 92/43/KEE;

(b) l-ambjenti naturali ta' l-ispeċi msemmija fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 79/409/KEE jew dawk fil-lista ta' l-Anness I tagħha jew dawk fil-lista ta' l-Anness II tad-Direttiva 92/43/KEE, u l-ambjenti naturali fil-lista ta' l-Anness I tad-Direttiva 92/43/KEE u siti tat-trobbija jew il-postijiet fejn jistrieħuta' l-ispeċi fil-lista ta' l-Aness IV tad-Direttiva 92/43/KEE; u

(ċ) meta l-Istat Membru hekk jiddeċiedi, kull ambjent naturali jew speċi, li ma jinstabx fil-listi ta' dawk l-annessi, jista' l-Istat Membru jinnominah għal l-istess skop bħal dak stabbilit f'dawn iż-żewġ Direttivi;

4.

“status ta' konservazzjoni” ifisser :

(a) f'dak li għandu x'jaqsam ma ambjent naturali, il-kumpless ta' influwenzi li jaġixxu fuq ambjent naurali u l-ispeċi tipiċi tiegħu li jistgħu jolqtu d-distribuzzjoni naturali tiegħu, l-istruttura u l-funzjonijiet fit-tul, kif ukoll is-sopravivenza ta' l-ispeċi tipiċi tiegħu fit-tul, skond il-każ, it-territorju Ewropew ta' l-Istati Membri fejn japplika t-Trattat jew it-territorju ta' L-Istati Membri jew l-estensjoni naturali ta' dak l-ambjent;

L-istatus tal-konservazzjoni għandu jkun ikkunsidrat “favorevoli” meta:

— l-estensjoni naturali u iż-żona li jkopri f'dik l-estensjoni huma stabbli jew qed jiżdiedu,

— l-istruttura speċifika u l-funzjonijiet neċessarji għall-manteniment tiegħu fit-tul jeżistu u x'aktarx jibqgħu jeżistu fil-futur qrib, u

— l-istatus tal-konservazzjoni ta' l-ispeċi tipiċi tiegħu huwa favorevoli, kif ġie mfisser f'(b);

(b) f'dak li għandu x'jaqsam ma speċi, il-kumpless ta' influwenzi fuq l-ispeċi msemmija li jistgħu jolqtu d-distribuzzjoni u l-abbondanza tal-popolazzjoni tiegħu fit-tul ġewwa, skond il-każ, it-territorju Ewropew ta' l-Istati Membri li għalihom jgħodd it-Trattat jew it-territorju ta' Stati Membru jew l-estensjoni naturali ta' dik l-ispeċi;

L-istatus ta' konservazzjoni għandu jitqies “favorevoli” meta:

— l-informazzjoni tad-dinamika tal-popolazzjoni dwar l-ispeċi msemmija turi li l-popolazzjoni qed tinżamm fit-tul bħala parti vijabbli mil l-ambjent naturali tagħha,

— l-estensjoni naturali ta' l-ispeċi mhux qed tonqos u lanqas x'aktarx tonqos fil-futur qrib, u

— hemm, u x'aktarx jibqa' jkun hemm, ambjent naturali kbir biżżejjed biex imantni popolazzjoni fit-tul;

5.

“ilma” : jfisser kull ilma msemmija fid-Direttiva 2000/60/KE;

6.

“operatur” : jfisser kull persuna fiżika jew ġuridika, privata jew pubblika li jopera jew jikkontrolla l-attività tax-xogħol jew, meta dan ikun regolat fil-liġI nazzjonali, il-persuna li għandha poter ekonomiku deċisiv fuq il-funzjonament tekniku ta' l-imsemmija attività liema poter ġie lilha ddelegat, li tinkludi d-detentur ta' permess jew awtorizazzjoni għal l-imsemmija attività jew il-persuna li tireġistra jew tinnotifika l-imsemmija attività;

7.

“attività tax-xogħol” : tfisser kull attività magħmula bħala parti minn attività ekonomika, kummerċ jew impriża, mingħajr ma jingħata każ jekk l-attività hijiex pubblika jew privata, tagħmel qligħ jew li ma tagħmilx qligħ;

8.

“emissjoni” : tfisser ir-rilaxx fl-ambjent, bħala riżultat ta' l-attivitajiet tal-bnedmin, ta' sustanzi, preparazzjonijiet, organiżmi jew mikro-organiżmi;

9.

“periklu iminenti ta' danni” : jfisser probabiltà suffiċjenti li danni ambjentali ser ikunu kkawżati fil-futur qrib;

10.

“miżuri ta' prevenzjoni” : jfissru kull miżura li tittieħed kontra avveniment, att jew ommissjoni li toħloq periklu iminenti ta' danni ambjentali, bl-iskop ta' prevenzjoni jew tnaqqies ta' dawk id- danni;

11.

“miżuri ta' rimedju” : tfisser kull azzjoni, jew tagħqid ta' azzjonijiet, li tinkludi miżuri ta' mitigazzjoni jew temporanji bl-iskop ta' restorazzjoni, reabilitazzjoni jew tibdil tar-riżorsi naturali milquta u/jew is-servizzi mfixxkla, jew l-provvediment ta' alternatiiva ekwivalenti għal dawk ir-riżorsi jew servizzi kif stabbilit fl-Anness I;

12.

“riżorsi naturali” : jfissru l-ispeċi protetti u ambjenti naturali, ilma u art;

13.

“is-servizzi” u “is-servizzi tar-riżorsi naturali” : jfissru l-funzjonijiet mwettqa mir-riżorsi naturali għall-benefiċċju ta' riżorsi naturali oħra jew għall-pubbliku;

14.

“kondizzjoni tal-bażi” : jfisser l-kondizzjoni fil-ħin tad-danni lir-riżorsi naturali u s-servizzi li kienu jeżistu li kieku mhux għad-danni ambjentali, ikalkolat fuq l-aħjar informazzjoni disponibbli;

15.

“rimedju”, li jinkludi “rimedju naturali” : ifisser, fil-każ ta' l-ilma, speċi protetti u ambjenti naturali ir-ritorn ta' dawk ir-riżorsi naturali milquta u/jew is-servizzi mfixxkla għall-kondizzjoni tal-bażi u fil-każ ta' danni lil l-art, l-eliminazzjoni ta' kull riskju sinifikattiv ta' effett negattiv lis-saħħa tal-bniedem;

16.

“spejjeż” : ifissru spejjeż ġustifikati mill-bżonn li l-implimentazzjoni effettiva u kif suppost ta' din id-Direttiva tkun assigurata li jinkludu ukoll l-ispejjeż ta' l-istima tad-danni ambjentali, periklu iminenti ta' l-imsemmija danni, alternattivi għal ċertu azzjonijiet kif ukoll spejjeż amministrattivi, legali u l-ispejjeż ta' l-infurzar, l-ispejjeż tal-kollezjoni tad- data u spejjeż oħra ġenerali, l-ispejjeż tal-kontrolli u tas-sorveljanza.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 26.06.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004L0035
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.