|
+Artikolu 4 Eċċezzjonijiet ---+Article 4 1. ---+Article 4 2. ---+Article 4 3. ---+Article 4 4. ---+Article 4 5. ---+Article 4 6. |
Artikolu 4 EċċezzjonijietArtikolu 4 Eċċezzjonijiet 1. Din id-Direttiva ma tkoprix danni ambjentali jew periklu iminenti ta' l-imsemmija danni kkawżati minn: (a) att ta' kunflitt bl-armi, ostilitajiet, gwerra ċivili jew insurrezjoni; (b) fenomenu naturali ta' natura eċċezzjonali, inevitabbli u irresistibbli. 2. Din id-Direttiva ma tgħoddx għal danni ambjentali jew il-periklu iminenti ta' danni ambjentali li huma ir-riżultat ta' inċident liema inċident u r-responsabbilità u l-kumpens għalih huma regolati minn Konvenzjoni Internazzjonali fil-lista ta' l-Anness IV, li jinkludi emendi futuri tiegħu, li ġie fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat. 3. Din id-Direttiva għandha tgħodd mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' l-operatur li jillimita r-responsabilità tiiegħu skond il-liġI nazzjonali li timplimenta l-Konvenzjoni dwar il-Limitazzjoni tar-Responsabilità fi Pretensjonijiet Marittimi (LLMC), 1976, li tinkludi kull emenda fil-futur lill-imsemmija Konvenzjoni, jew Il-Konvenzjoni ta' Strasbourg Dwar il-Limitazzjoni tar-Responsabilità fin-Navigazzjoni Interna (CLNI), 1988, li tinkludi kull emenda fil-futur. 4. Din id-Direttiva ma tgħoddx għal riskji atomiċi jew danni ambjentali jew periklu iminenti ta' danni li huma kkawżati minn attivitajiet koperti mit-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika jew ikkawżati minn inċident jew attività li r-responsabilità jew kumpens għalihom huma koperti minn istrumenti internazzjonali li jinstabu fil-lista ta' l-Anness V, li jinkludi kull emenda fil-futur. 5. Din id-Direttiva għandha tgħodd biss għal danni ambjentali jew periklu iminenti ta' danni ambjentali kkawżati minn tniġġies ta' natura mifruxa, meta l-katina tal-kawżazzjoni bejn id-danni u l-attivitajiet ta' l-operatur individwali tista' tiġI stabbilita. 6. Din id-Direttiva ma tgħoddx għal l-attivitajiet li l-iskop ewlieni tagħhom huwa id-difiża nazzjonali jew is-sigurità internazzjonali u lanqas ma tgħodd għal attivitajiet li l-iskop ewlieni tagħhom huwa l-protezzjoni minn diżastri naturali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|