|
+Artikolu 12 Talba għal l-azzjoni ---+Article 12 1. ---+Article 12 2. ---+Article 12 3. ---+Article 12 4. ---+Article 12 5. |
Artikolu 12 Talba għal l-azzjoniArtikolu 12 Talba għal l-azzjoni 1. Persuna fiżika jew ġuridika: (a) li huma milquta jew x'aktarx ikunu milquta mid-danni ambjentali jew (b) li għandhom interess biżżejjed fid-deċiżjonijiet dwar l-ambjent li għandhom x'jaqsmu ma danni jew, inkella, (ċ) li jallegaw it-tfixkil ta' dritt, meta l-liġI tal-proċedura amministrattiva ta' l-Istati Membri titlob dan bħala prekondizzjoni, għandhom ikunu intitolati li jagħtu lil l-awtorità kompetenti kull osservazzjoni li għandha x'taqsam ma każijiet ta' danni ambjentali jew il-periklu iminenti ta' danni li huma jafu bihom u ukoll ikunu intitolati li jitolbu lil l-awtorità kompetenti tieħu passi skond din id-Direttiva. Dak li jikkostitwixxi “interess suffiċjenti” u “tfixkil ta' dritt” għandu jkun stabbilit mill-Istati Membri. Għal dan l-iskop, l-interess ta' kull organizazzjoni mhux tal-gvern li tippromwovi l-protezzjoni ta' l-ambjent u li tilħaq kull kondizzjoni skond il-liġI nazzjonali għandha titqies suffiċjenti għal l-iskop ta' (b). L-imsemmija organizzazzjonijiet għandhom ukoll jitqiesu li għandhom drittijiet li jistgħu jkunu mfixxkla għal l-iskop ta' (c). 2. It-talba għal azzjoni għandha jkollha magħha l-informazzjoni relevanti u data li jappoġġa l-osservazzjonijiet mogħtija f'dak li għandu x'jaqsam mad-danni ambjentali msemmija. 3. Meta t-talba għal azzjoni u l-osservazzjonijiet li jakkompanjawha juru b'mod plawsibbli li d-danni ambjentali jeżistu, l-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra kull osservazzjoni u talba għal azzjoni imsemmija. F'dawn iċ-ċirkostanzi l-awtorità kompetenti għandha tagħti lil l-operatur relevanti opportunità li juri l-opinjonijiet tiegħu f'dak li għandu x'jaqsam mat-talba għal azzjoni u l-osservazzjonijiet li jakkompanjawha. 4. L-awtorità kompetenti għandha, kemm jista' jkun malajar u f'kull każ skond id-dispożizzjonijiet relevanti tal-liġI nazzjonali, tinforma l-persuni msemmija fil-paragrafu1, li taw osservazzjonijiet lil l-awtorità, dwar id-deċiżjoni tagħha jekk taċċetax jew tirrifjutax it-talba għal azzjoni u għandha tipprovdi r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha. 5. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafi 1 u 4 f'każijiet ta' periklu iminenti ta' danni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|