|
+Artikolu 6 L-Assigurazzjoni b'rispett tar-responsabbiltà tal-passiġġieri, tal-bagalji, tat-tagħbija tal-merkanzija ---+Article 6 1. ---+Article 6 2. ---+Article 6 3. ---+Article 6 4. ---+Article 6 5. |
Artikolu 6 L-Assigurazzjoni b'rispett tar-responsabbiltà tal-passiġġieri, tal-bagalji, tat-tagħbija tal-merkanzijaArtikolu 6 L-Assigurazzjoni b'rispett tar-responsabbiltà tal-passiġġieri, tal-bagalji, tat-tagħbija tal-merkanzija 1. Għar-responsabbiltà tal-passiġġieri, il-protezzjoni ta' l-assigurazzjoni minima għandha tkun 250 000 SDR għall kull passiġġier. Madankollu, b'rispett ta' operazzjonijiet li mhumiex kummerċjali b'ajruplan b' MTOM ta' 2700 kg jew inqas, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu livell inqas tal-protezzjoni tal-assigurazzjoni minima, bil-kondizzjoni li l-protezzjoni tkun ta' l-inqas 100 000 SDR għal kull passiġġier. 2. Għar-responsabbiltà fir-rigward tal-bagalji, il-kopertura tal-assigurazzjoni minima għandha tkun 1 288 SDR għal kull passiġġier f’operat kummerċjali. 3. Għar-responsabbiltà fir-rigward tal-merkanzija, il-kopertura tal-assigurazzjoni minima għandha tkun 22 SDR għal kull kilogramma f’operat kummerċjali. 4. Paragrafi 1, 2 u 3 m'għandhomx japplikaw b'rispett għal titjiriet fuq territorju ta' l-Istati Membri mwettqa minn trasportaturi ta' l-ajru u minn operaturi ta' l-ajruplani li mhumiex tal-Kommunità li jużaw ajruplani rreġistrati barra mill-Komunità li ma tinvolvix l-inżul fi, jew it-tluq minn, dan it-territorju. 5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 8a li jemendaw il-valuri msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, meta l-emendi għall-ftehimiet internazzjonali rilevanti jagħmlu dan neċessarju. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|