Id-data li tikkostitwixxi data personali kif definita fl-Artikolu 4, il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
4
) tista’ tiġi pproċessata abbażi ta’ din id-Direttiva biss sa fejn tali pproċessar ikun meħtieġ għat-tħaddim tal-applikazzjonijiet tal-RIS, bil-ħsieb li jiġu żgurati RIS armonizzati, interoperabbli u aċċessibbli fil-passaġġi fuq l-ilma interni fl-Unjoni u biex jiġu ffaċilitati interfaċċi standardizzati mas-servizzi tal-ġestjoni tat-traffiku ta’ mezzi oħra tat-trasport.