+Artikolu 5
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 5 6.
---+Artikolu 5 7.
---+Artikolu 5 8.
---+Artikolu 5 9.
|
Artikolu 5
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5 1.
|
Għandha ssir disponobbli lill-awtorità kompetenti liċenza FLEGT, li tkopri kull trasbord, fl-istess waqt li tiġi preżentata d-dikjarazzjoni doganali għal dak it-trasbord għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fil-Komunità. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu reġistru — fuq karta jew f'format elettroniku — tal-liċenza FLEGT oriġinali flimkien mad-dikjarazzjoni doganali applikabbli. L-importazzjoni ta' prodotti ta' l-injam taħt liċenżja FLEGT ta' parteċipant fis-suq għandha tkun permessa sakemm il-liċenza ta' dak il-parteċipant fis-suq tibqa' valida.
|
|
Artikolu 5 2.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu lill-Kummissjoni, jew lill-persuni jew korpi nominati mill-Kummissjoni, aċċess għad-dokumenti u d-data rilevanti, fil-każ li jinqalgħu xi problemi li jxekklu l-operazzjoni effettiva ta' l-iskema ta' liċenzi FLEGT.
|
|
Artikolu 5 3.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu aċċess għad-dokumenti u d-data rilevanti lil persuni jew korpi nominati minn pajjiżi msieħba sabiex ikunu responsabbli għall-monitoraġġ minn parti terza ta' l-iskema ta' liċenzi FLEGT, iżda l-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx ikunu meħtieġa jipprovdu xi informazzjoni li mhumiex permessi jikkomunikaw skond il-liġi nazzjonali tagħhom.
|
|
Artikolu 5 4.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeċiedu dwar ir-rekwiżit ta' verifika ulterjuri ta' vjeġġijiet, bl-użu ta' approċċ ibbażat fuq kunsiderazzjonijiet li jqisu r-riskju.
|
|
Artikolu 5 5.
|
F'każ ta' dubbju dwar il-validità tal-liċenza, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lill-awtoritajiet tal-liċenzi għal verifika addizzjonali u jfittxu kjarifika ulterjuri, kif stabbilit fil-Ftehim ta' Sħubija mal-pajjiż esportatur imsieħeb.
|
|
Artikolu 5 6.
|
L-Istati Membri jistgħu jesiġu l-ħlas ta' miżati sabiex ikopru l-ispejjeż neċessarji li jinqalgħu mill-atti uffiċjali eżegwiti mill-awtoritajiet kompetenti li jkunu meħtieġa għall-finijiet ta' kontroll taħt dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 5 7.
|
L-awtoritajiet doganali jistgħu jissospendu r-rilaxx ta' jew iżommu prodotti ta' l-injam jekk ikollhom raġun sabiex jemmnu li l-liċenza tista' ma tkunx valida. L-ispejjeż magħmula sa meta titlesta l-verifika għandhom jitħallsu mill-importatur, ħlief fejn l-Istat Membru konċernat jiddeċiedi mod ieħor.
|
|
Artikolu 5 8.
|
Kull Stat Membru għandu jiddetermina l-penalitajiet li għandhom jiġu imposti fil-każijiet fejn jinkisru d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Dawn il-penalitajiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
|
|
Artikolu 5 9.
|
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-modalitajiet proċedurali u d-dokumenti ta’ format standard, inklużi l-mezzi possibbli tagħhom. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 11(3).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.07.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32005R2173
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|