+ANNESS III Prodotti ta' l-injam li għalihom l-iskema ta' liċenzi FLEGT tapplika biss għall-pajjiżi msieħba korrispondenti

ANNESS III Prodotti ta' l-injam li għalihom l-iskema ta' liċenzi FLEGT tapplika biss għall-pajjiżi msieħba korrispondenti




ANNESS III

Prodotti ta' l-injam li għalihom l-iskema ta' liċenzi FLEGT tapplika biss għall-pajjiżi msieħba korrispondenti

▼M4



Pajjiż sieħeb

Intestatura

Subintestatura SA

Deskrizzjoni

Ir-Repubblika tal-Ghana

Kapitolu 44:

 

 

4403

 

Injam mhux maħdum, kemm jekk b’qoxortu jew l-alburnum imneħħija kif ukoll jekk le, jew maqtugħ kwadru

 

 

–  Trattat b’żebgħa, likwidu għat-tlewwin, krijożott jew preservattivi oħrajn:

 

4403 11

– –  Koniferu

 

4403 12

– –  Mhux koniferu

 

 

–  Oħrajn, ta’ injam tropikali:

 

4403 49

– –  Oħrajn

4406

 

Traversi tal-injam (cross-ties) tal-binarji tal-ferrovija jew tat-tramm

 

 

–  Mhux imprenjat:

 

4406 11

– –  Koniferu

 

4406 12

– –  Mhux koniferu

 

 

–  Oħrajn:

 

4406 91

– –  Koniferu

 

4406 92

– –  Mhux koniferu

4407

 

Injam isserrat jew imlaqqax mit-tul, imfellel jew imqaxxar, kemm jekk inċanat, xkatlat jew imġannat mit-truf kif ukoll jekk le, ta’ ħxuna li ma teċċedix is-6 mm

 

 

–  Koniferu:

 

4407 11

– –  Tal-arżnu (Pinus spp.)

 

4407 19

– –  Oħrajn

 

 

–  Ta’ injam tropikali:

 

4407 21

– –  Kawba (Swietenia spp.)

 

4407 27

– –  Sapelli

 

4407 28

– –  Iroko

 

4407 29

– –  Oħrajn

 

 

–  Oħrajn

 

ex 4407 99

– –  Oħrajn (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

4408

 

Folji għall-fuljetta (inklużi dawk magħmulin bit-tiflil ta’ injam laminat), għall-plajwud jew għal injam simili laminat u injam ieħor, isserrat mit-tul, imfellel jew imqaxxar, inċanat, xkatlat, impalellat jew imminċottat fit-truf, mhux eħxen minn 6 mm

 

4408 10

–  Koniferu

 

 

–  Ta’ injam tropikali:

 

4408 39

– –  Oħrajn

 

ex 4408 90

–  Oħrajn (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

4409

 

Injam (inklużi strixxi u freġji għal kisi ta’ art bil-parkè, mhux immuntat) b’forma kontinwa (mudullun, gruvjat, irbattut, iċċanfrinat, ingastat-V, imżebbeġ, iffurmat, ittundjat jew hekk) tul xi xifer, tarf jew wiċċ tiegħu, inċanat, xkatlat jew imminċottat fit-truf jew le

 

4409 10

–  Koniferu

 

 

–  Mhux koniferu:

 

4409 22

– –  Tal-injam tropikali

 

ex 4409 29

– –  Oħrajn (mhux tal-kannadindja)

4412

 

Plajwud, pannelli miksijin bil-fuljetta u injam laminat bħalhom

 

 

–  Plajwud ieħor, magħmul biss minn folji tal-injam (minbarra l-bambù), b’kull folja ma taqbiżx il-ħxuna ta’ 6 mm:

 

4412 31

– –  Għall-inqas b’saff wieħed ta’ barra tal-injam tropikali

 

4412 33

– –  Oħrajn, b’mill-inqas saff wieħed fuq barra ta’ injam mhux koniferu tal-ispeċi alnu (Alnus spp.), fraxxnu (Fraxinus spp.), fagu (Fagus spp.), betula (Betula spp.), ċirasa (Prunus spp.), qastan (Castanea spp.), ulmu (Ulmus spp.), ewkaliptu (Eucalyptus spp.), ġewż tal-Amerika ta’ Fuq (Carya spp.), eskulu (Aesculus spp.), tilju (Tilia spp.), aġġru (Acer spp.), ballut (Quercus spp.), platanu (Platanus spp.), luq (Populus spp.), robinja (Robinia spp.), injam tat-tulipan (Liriodendron spp.) jew ġewż (Juglans spp.)

 

4412 34

– –  Oħrajn, għall-inqas b’saff wieħed ta’ barra ta’ injam mhux koniferu mhux speċifikat fis-subintestatura 4412 33

 

4412 39

– –  Oħrajn biż-żewġ folji fuq barra magħmulin minn injam tal-koniferu

 

 

–  Blokkbord, laminbord u battenboard

 

ex 4412 51

– –  Għall-inqas b’saff wieħed ta’ barra tal-injam tropikali (mhux tal-kannadindja)

 

ex 4412 52

– –  Oħrajn, għall-inqas b’saff wieħed ta’ barra ta’ injam mhux koniferu (mhux tal-kannadindja)

 

ex 4412 59

– –  Oħrajn, biż-żewġ saffi ta’ barra t-tnejn tal-injam koniferu (mhux tal-kannadindja)

 

 

–  Oħrajn

 

ex 4412 91

– –  Għall-inqas b’saff wieħed ta’ barra tal-injam tropikali (mhux tal-kannadindja)

 

ex 4412 92

– –  Oħrajn, għall-inqas b’saff wieħed ta’ barra ta’ injam mhux koniferu (mhux tal-kannadindja)

 

ex 4412 99

– –  Oħrajn, biż-żewġ saffi ta’ barra t-tnejn tal-injam koniferu (mhux tal-kannadindja)

4418

 

Xogħol tal-injam għal bennejja, inklużi pannelli tal-injam ċellulari, pannelli mmuntati għall-paviment, shingles u shakes

 

 

–  Twieqi, twieqi Franċiżi u l-gwarniċi tagħhom

 

4418 11

– –  Tal-injam tropikali

 

ex 4418 19

– –  Oħrajn (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

 

 

–  Bibien u ċ-ċaċċiż u s-sollijiet tagħhom

 

4418 21

– –  Tal-injam tropikali

 

ex 4418 29

– –  Oħrajn (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

 

ex 4418 40

–  Armar tax-xater għal xogħol ta’ kostruzzjoni tal-konkos (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

 

ex 4418 50

— Shingles u shakes (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

 

ex 4418 30

–  Pilastri u travi għajr il-prodotti tas-subintestaturi 4418 81 sa 4418 89 (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

 

 

–  Pannelli mmuntati għall-paviment:

 

4418 74

– –  Oħrajn, għal artijiet tal-mużajk

 

4418 75

– –  Oħrajn, b’diversi saffi

 

ex 4418 79

– –  Oħrajn (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

 

 

–  Prodotti strutturali, maħdumin, tal-injam ippreparat

 

ex 4418 81

– –  Injam ippreparat laminat bil-kolla (glulam) (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

 

ex 4418 82

– –  Injam ippreparat kontrolaminat (CLT jew X-lam) (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

 

ex 4418 83

– –  Travi I (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

 

ex 4418 89

– –  Oħrajn (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

 

 

–  Oħrajn:

 

ex 4418 92

– –  Pannelli tal-injam ċellulari (mhux tal-kannadindja)

 

ex 4418 99

– –  Oħrajn (mhux tal-kannadindja)

Kapitolu 94

 

 

9401

 

Sits (ħlief dawk tal-intestatura 9402 ), kemm jekk jinbidlu f’sodod kif ukoll jekk le, u partijiet tagħhom

 

 

–  Partijiet

 

ex 9401 91

– –  Tal-injam (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

9403

 

Għamara oħra u l-partijiet tagħha

 

9403 30

–  Għamara tal-għuda ta’ tip użat fl-uffiċċji

 

9403 40

–  Għamara tal-għuda ta’ tip użat fil-kċina

 

9403 50

–  Għamara tal-għuda ta’ tip użat fil-kamra tas-sodda

 

9403 60

–  Għamara oħra tal-għuda

 

 

–  Partijiet

 

 

ex 9403 91

– –  Tal-injam (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja).

▼M2



Pajjiż sieħeb

Intestatura tas-SA

Deskrizzjoni

IR-REPUBBLIKA TAL-INDONEŻJA

KAPITOLU 44

 

Ħatab, f'forma ta' zkuk, zkuk ħoxnin, friegħi, qatet ta' għesieleġ jew forom simili; injam f'laqx jew frak; serratura u skart u fdal ta' injam, kemm jekk magħqudin fi zkuk, briquettes, gerbub jew forom simili jew le.

4401 21

–  Injam f'laqx jew frak – – koniferu

ex 4401 22

–  Injam f'laqx jew frak – – mhux koniferu (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

4403

Injam għadu aħrax, kemm jekk bil-qoxra jew bl-ilbieba mneħħija jew le, jew magħmul kwadru raff. (L-esportazzjoni tagħhom hija pprojbita skont il-Liġi Indoneżjana. F'konformità mal-Artikolu 3(3) tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indoneżja dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali tal-prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea (minn hawn' il quddiem imsejjaħ “VPA UE-Indoneżja”) (1), il-prodotti li jaqgħu taħt dan il-kodiċi tas-SA ma jistax ikollhom liċenzja FLEGT u għalhekk ma jistgħux jiġu importati lejn l-Unjoni).

ex 4404 10

Injam magħmul minn laqx tal-injam (chipwood) u bħalu – koniferu

ex 4404 20

Injam magħmul minn laqx tal-injam (chipwood) u bħalu – mhux koniferu – – injam magħmul minn laqx tal-injam (chipwood)

ex 4404

Injam għaċ-ċrieki; arbli maqsumin; puntali, pali u bsaten tal-injam, bil-ponta iżda mhux isserrati mit-tul; bsaten tal-injam, mirqumin raff iżda mhux inturnati, milwijin jew maħdumin mod ieħor, tajbin għall-manifattura tal-bsaten tal-mixi, umbrelel, mankijiet tal-għodod jew bħalhom. (L-esportazzjoni tagħhom hija pprojbita skont il-Liġi Indoneżjana. F'konformità mal-Artikolu 3(3) tal-VPA UE-Indoneżja, il-prodotti li jaqgħu taħt dan il-kodiċi tas-SA ma jistax ikollhom liċenzja FLEGT u għalhekk ma jistgħux jiġu importati lejn l-Unjoni).

4406

Travi tal-injam mimdudin (sleepers, cross-ties) għal-linji tal-ferrovija jew tat-tramm. (L-esportazzjoni tagħhom hija pprojbita skont il-Liġi Indoneżjana. F'konformità mal-Artikolu 3(3) tal-VPA UE-Indoneżja, il-prodotti li jaqgħu taħt dan il-kodiċi tas-SA ma jistax ikollhom liċenzja FLEGT u għalhekk ma jistgħux jiġu importati lejn l-Unjoni).

ex 4407

Injam isserrat jew imlaqqax mit-tul, imfellel jew imqaxxar, inċanat, xkatlat jew imminċottat fit-truf, ta' ħxuna ta' iktar minn 6 mm.

ex 4407

Injam isserrat jew imlaqqax mit-tul, imfellel jew imqaxxar, mhux inċanat, mhux xkatlat jew mhux imminċottat fit-truf, ta' ħxuna ta' iktar minn 6 mm. (l-esportazzjoni hija pprojbita skont il-Liġi Indoneżjana. F'konformità mal-Artikolu 3(3) tal-VPA UE-Indoneżja, il-prodotti li jaqgħu taħt dan il-kodiċi tas-SA ma jistax ikollhom liċenzja FLEGT u għalhekk ma jistgħux jiġu importati lejn l-Unjoni).

 

Folji għall-fuljetta (inklużi dawk magħmulin bit-tiflil ta' injam laminat), għat-triplaj jew għal injam simili laminat u injam ieħor, isserrat mit-tul, imfellel jew imqaxxar, inċanat, xkatlat, impalellat jew imminċottat fit-truf jew le, mhux eħxen minn 6 mm

4408 10

–  Koniferu

4408 31

Meranti Aħmar Skur, Meranti Aħmar Ċar u Meranti Bakau

4408 39

Oħrajn, minbarra dawk koniferi, Meranti Aħmar Skur, Meranti Aħmar Ċar u Meranti Bakau

ex 4408 90

Oħrajn, minbarra l-injam koniferu u tropikali speċifikat fin-Nota 2 tas-Subintestatura ta' dan il-kapitolu (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

 

Injam (inklużi strixxi u freġji għal kisi ta' art bil-parkè, mhux immuntat) b'forma kontinwa (mudullun, gruvjat, irbattut, iċċanfrinat, ingastat-V, biż-żibeġ, iffurmat, ittundjat jew simili) tul kwalunkwe xifer, tarf jew wiċċ tiegħu, inċanat, xkatlat jew imminċottat fit-truf jew le.

4409 10

–  Koniferu

ex 4409 29

–  Mhux koniferu – ieħor (mhux tal-kannadindja)

 

Bord tal-injam mill-frak, bord tat-tip oriented strand board (OSB) u bord simili (pereżempju, waferboard) tal-injam jew ta' materjali oħrajn għudin, magħqudin bir-reżini jew sustanzi organiċi oħrajn li jgħaqqdu jew le

ex 4410 11

–  Tal-injam – – Bord tal-injam mill-frak (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

ex 4410 12

–  Tal-injam – – Bord tat-tip oriented strand board (OSB) (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

ex 4410 19

–  Tal-injam – – Oħrajn (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

ex 4411

Bord tal-fibri tal-injam jew materjali oħrajn għudin, magħqudin bir-reżini jew b'sustanzi organiċi oħrajn jew le (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

 

Plajwud, pannelli miksijin bil-fuljetta u injam laminat simili

4412 31

–  Plajwud ieħor, magħmul biss minn folji tal-injam (minbarra l-bambù), b'kull folja ma tabqiżx il-ħxuna ta' 6 mm: – – b'għallinqas saff wieħed ta' barra ta' injam tropikali speċifikat fin-Nota 2 tas-Subintestatura ta' dan il-Kapitolu

4412 32

–  Plajwud ieħor, magħmul biss minn folji tal-injam (minbarra l-bambù), b'kull folja ma tabqiżx il-ħxuna ta' 6 mm: – – Oħrajn, b'għallinqas saff wieħed ta' barra ta' injam mhux koniferu

4412 39

–  Plajwud ieħor, magħmul biss minn folji tal-injam (minbarra l-bambù), b'kull folja ma tabqiżx il-ħxuna ta' 6 mm: – – Oħrajn

ex 4412 94

–  Oħrajn: – – Blokkbord, laminbord u battenboard (mhux tal-kannadindja)

ex 4412 99

–  Oħrajn: – – Oħrajn: – – – Barecore (skart tal-injam inkullat ma' xulxin) (mhux tal-kannadindja) u – – – Oħrajn (mhux tal-kannadindja)

ex 4413

Injam densifikat, fi blokki, folji, strixxi jew forom profil (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

ex 4414

Gwarniċi tal-injam għall-pitturi, ritratti, mirja jew oġġetti simili (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

ex 4415

Kontenituri għall-imballaġġ, kaxxi, kannestri, tnabar u imballaġġ simili;tal-injam tnabar tal-injam għall-kejbils; palits, palits tal-kaxxi u twavel oħrajn tat-tagħbija, tal-injam; għenuq tal-palits tal-injam (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

ex 4416

Btieti (casks, barrels, vats), tnelli u prodotti oħrajn ta' buttar u partijiet tagħhom, tal-injam, inkluż l-injam imqawwes (staves) (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

ex 4417

Għodod, il-partijiet prinċipali tal-għodod, mankijiet tal-għodod, xkupi jew xkupilji u l-mankijiet tagħhom, tal-injam; forom tal-bwiez jew taż-żraben, tal-injam (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

ex 4418

Xogħol tal-mastrudaxxa u tal-karpentrija għall-bennejja, inklużi pannelli tal-injam ċellulari, pannelli mmuntati għall-paviment, xaħx u shakes (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

ex 4419

Oġġetti tal-mejda u tal-kċina, tal-injam (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

 

Intarsjar fl-injam u injam ingastat; kaxxetti u kaxxi tal-ġojjellerija jew tal-pożati, u oġġetti simili, tal-injam.

ex 4420 90

–  Oħrajn – – Injam fil-forma ta' zkuk tas-siġar jew ta' zkuk tas-siġar fil-forma ta' kaxxi li jkun sarlu pproċessar sempliċi fis-superfiċje, bħal tinqix jew intaljat fin jew miżbugħ, li ma jkollu l-ebda valur miżjud sinifikanti u l-ebda bidla sinifikanti fil-forma (is-SA ex 4420 90 90 00 fl-Indoneżja) (L-esportazzjoni tagħhom hija pprojbita skont il-Liġi Indoneżjana. F'konformità mal-Artikolu 3(3) tal-VPA UE-Indoneżja, il-prodotti li jaqgħu taħt dan il-kodiċi tas-SA ma jistax ikollhom liċenzja FLEGT u għalhekk ma jistgħux jiġu importati lejn l-Unjoni).

 

Oġġetti oħrajn tal-injam

ex 4421 90

–  Oħrajn – – Laqx għas-sulfarini (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja) u – – Oħrajn – – Blokok tal-injam għall-pavimentar (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

ex 4421 90

–  Oħrajn – – Oħrajn – – – Injam fil-forma ta' zkuk tas-siġar jew ta' zkuk tas-siġar f'forma kwadra li jkun sarlu pproċessar sempliċi fis-superfiċje, bħal tinqix jew intaljar jew tiżbigħ fin, li ma jkollu l-ebda valur miżjud sinifikanti u l-ebda bidla sinifikanti fil-forma (SA ex 4421 90 99 00 fl-Indoneżja) (L-esportazzjoni tagħhom hija pprojbita skont il-Liġi Indoneżjana. F'konformità mal-Artikolu 3(3) tal-VPA UE-Indoneżja, il-prodotti li jaqgħu taħt dan il-kodiċi tas-SA ma jistax ikollhom liċenzja FLEGT u għalhekk ma jistgħux jiġu importati lejn l-Unjoni).

KAPITOLU 47

 

Polpa tal-injam jew ta' materjal ieħor ċellulożiku fibruż; karta jew kartun (skart u fdalijiet) irkuprati:

4701

Polpa ta' injam mekkanika

4702

Polpa ta' injam kimika, gradi li jdubu

4703

Polpa ta' injam kimika, soda jew sulfat, ħlief gradi li jdubu.

4704

Polpa ta' injam kimika, sulfit, ħlief gradi li jdubu

4705

Polpa ta' injam miksuba b'taħlita ta' proċessi mekkaniċi u kimiċi ta' sfibratura

KAPITOLU 48 (2)

ex 4802

Karta u kartun mhux miksijin, tat-tip użat għal kitba, stampar jew għanijiet grafiċi oħrajn, u kartun tal-ippanċjar u karta għat-tejp tal-ippanċjar mhux imtaqqbin, f'rombli jew folji rettangulari (inklużi kwadri), ta' kull qies, ħlief karta tal-intestatura 4801 jew 4803 ; karta jew kartun magħmulin bl-idejn (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

ex 4803

Stokk ta' karta iġjenika jew tal-wiċċ, stokk tax-xugamani jew srievet u karta simili tat-tip użat għal għanijiet domestiċi jew sanitarji, materjal artab taċ-ċelluloża u xbieki ta' fibri taċ-ċelluloża, imġegħdin jew le, imkemmxin, imqabbżin, imtaqqbin, bil-wiċċ miżbugħ, bil-wiċċ imżejjen jew stampat, f'rombli jew folji (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

ex 4804

Karta jew kartun kraft mhux miksi, f'rombli jew folji, ħlief dawk tal-intestatura 4802 jew 4803 (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

ex 4805

Karta jew kartun oħrajn mhux miksijin, f'rombli jew folji, mhux maħdumin jew ipproċessati aktar minn kif speċifikat fin-Nota 3 għal dan il-Kapitolu (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

ex 4806

Parċmina veġetali, kartistrazzi, karti oljati, u glassine u karti oħrajn trasparenti jew trasluċenti, f'rombli jew folji (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

ex 4807

Karta u kartun magħmula minn kompożizzjoni (magħmulin billi jitwaħħlu saffi ċatti ta' karta jew kartun flimkien b'kolla), mhux bil-wiċċ miksi jew imxappin, kemm jekk mirfudin minn ġewwa jew le, f'rombli jew folji (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

ex 4808

Karta u kartun, immewġin (b'folji ċatti nkullati fil-wiċċ jew mingħajrhom), imġegħdin, imkemmxin, imqabbżin jew imtaqqbin, f'rombli jew folji, ħlief karta tat-tip deskritt fl-intestatura 4803 (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

ex 4809

Karta saħħara, karta li tikkopja minnha nnfisha u karti oħrajn għall-ikkupjar jew it-trasferiment (inkluża karta miksija jew imxappa għal stensils tad-duplikatur jew pjanċi tal-offset), stampati jew le, f'rombli jew folji (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

ex 4810

Karta u kartun, miksijin min-naħa waħda jew miż-żewġ naħat b'kawlina (tafal taċ-Ċina) jew sustanzi oħrajn inorganiċi, b'materjal li jgħaqqad jew le, u mingħajr ebda kisi ieħor, bil-wiċċ miżbugħ, bil-wiċċ imżejjen jew stampat jew le, f'rombli jew folji rettangulari (inklużi kwadri), ta' kull qies (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

ex 4811

Karta, kartun, materjal artab taċ-ċelluloża u xbieki ta' fibri taċ-ċelluloża, miksijin, imxappin, mgħottijin, bil-wiċċ miżbugħ, bil-wiċċ imżejjen jew stampat, f'rombli jew folji rettangulari (inklużi kwadri), ta' kull qies, ħlief oġġetti tat-tip deskritt fl-intestaturi 4803 , 4809 jew 4810 (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

ex 4812

Blokki, ċangaturi u pjanċi tal-filtru, ta' polpa tal-karta (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

ex 4813

Karta tas-sigaretti, maqtugħa għal qies jew le jew f'forma ta' libretti jew tubi (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

ex 4814

Karta tal-ħajt u kisi simili tal-ħajt; trasparenzi tal-karta għal twieqi (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

ex 4816

Karta saħħara, karta li tikkopja minnha nnfisha u karti oħrajn għall-ikkupjar jew it-trasferiment (ħlief dawk tal-intestatura 4809 ), stensils tad-duplikatur u pjanċi tal-offset, tal-karta, ippreżentati fil-kaxxi jew le (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

ex 4817

Envelops, kartolini tal-ittri, kartolini sempliċi u kartolini għall-korrispondenza, tal-karta jew kartun; kaxxi, boroż, kartieri u kompendji tal-kitba, tal-karta jew tal-kartun, li fihom taħlita ta' kartolerija tal-karti (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

ex 4818

Karta iġjenika u karta simili, materjal artab taċ-ċelluloża jew xbieki ta' fibri taċ-ċelluloża, tat-tip użat għal għanijiet domestiċi jew sanitarji, f'rombli mhux usa' minn 36 cm, jew maqtugħin għal qies jew għamla; imkatar, tixjus għat-tindif, xugamani, tvalji, srievet, srievet għat-trabi, tampons, lożor u oġġetti simili domestiċi, sanitarji jew tal-isptar, oġġetti ta' lbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ, ta' polpa tal-karta, tal-karta, ta' materjal artab taċ-ċelluloża jew xbieki ta' fibri taċ-ċelluloża (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

ex 4821

Tikketti tal-karta jew tal-kartun ta' kull tip, stampati jew le (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

ex 4822

Ċombini, irkiekel, kobob u rfid simili, tal-polpa tal-karta, karta jew kartun kemm jekk imtaqqbin jew imwebbsin (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

ex 4823

Karta oħra, kartun, materjal artab taċ-ċelluloża u xbieki ta' fibri taċ-ċelluloża, maqtugħin għal qies jew għamla; oġġetti oħrajn ta' polpa tal-karta, karta, kartun, materjal artab taċ-ċelluloża jew xbieki ta' fibri taċ-ċelluloża (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

KAPITOLU 94

 

Sits (ħlief dawk tal-intestatura 94 02 ), kemm jekk jinbidlu f'sodod jew le, u partijiet tagħhom

9401 61

–  Sits oħrajn, bl-oqsfa tal-injam: – – Miksijin bit-tapizzerija

9401 69

–  Sits oħrajn, bl-oqsfa tal-injam: – – Oħrajn

 

Għamara oħra u partijiet tagħha

9403 30

–  Għamara tal-għuda tat-tip użat f'uffiċċji

9403 40

–  Għamara tal-għuda tat-tip użat fil-kċina

9403 50

–  Għamara tal-għuda tat-tip użat fil-kamra tas-sodda

9403 60

–  Għamara oħra tal-injam

ex 9403 90

–  Partijiet: – – Oħrajn (il-kodiċi tas-SA 9403 90 90 fl-Indoneżja)

 

Bini prefabbrikat

ex 9406 00

–  Bini ieħor prefabbrikat: – – Tal-injam (il-kodiċi tas-SA 9403 90 90 fl-Indoneżja)

KAPITOLU 97

 

Inċiżjonijiet, stampi u litografi oriġinali.

ex 9702 00

Injam fil-forma ta' zkuk tas-siġar jew ta' zkuk tas-siġar fil-forma ta' kaxxi li jkun sarilhom ipproċessar sempliċi fis-superfiċje, bħal tinqix jew intaljat fin jew miżbugħ, li ma jkollu l-ebda valur miżjud sinifikanti u ma jwassal għall-ebda bidla sinifikanti fil-forma (SA ex 9702 00 00 00 fl-Indoneżja) (L-esportazzjoni tagħhom hija pprojbita skont il-Liġi Indoneżjana. F'konformità mal-Artikolu 3(3) tal-VPA UE-Indoneżja, il-prodotti li jaqgħu taħt dan il-kodiċi tas-SA ma jistax ikollhom liċenzja FLEGT u għalhekk ma jistgħux jiġu importati lejn l-Unjoni).

(1)   

ĠU L 150, 20.5.2014, p. 252.

(2)   

Il-prodotti tal-karta li joriġinaw minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat ikollhom magħhom ittra formali mill-Ministeru Indoneżjan tal-Industrija li tivvalida l-użu tal-materjali li mhumiex tal-injam jew li huma rriċiklati. Prodotti bħal dawn ma jingħatawx liċenzja FLEGT.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.07.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32005R2173
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.