|
+Artikolu 2 Definizzjonijiet |
Artikolu 2 DefinizzjonijietArtikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin. 1) “Ilma tal-wiċċ”, “ilma ta’ taħt l-art”, “ilma intern”, “ilmijiet temporanji”, “ilma tal-kosta” u “baċir ta’ xmara” għandhom l-istess tifsira bħal fid-Direttiva 2000/60/KE; 2) “Awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità jew awtoritajiet li Stat Membru jkun innomina sabiex jiżgura konformità mal-ħtiġijiet ta’ din id-Direttiva jew kwalunkwe awtorità oħra jew korp ieħor li ġew ddelegati b’dak ir-rwol; 3) “Permanenti” tfisser, fir-rigward ta’ xi projbizzjoni ta’ l-għawm, jew avviż kontra, l-għawm li jdum għall-inqas staġun wieħed sħiħ ta’ l-għawm; 4) “Numru kbir” tfisser, fir-rigward ta’ għawwiema, numru li awtorità kompetenti tikkunsidra li hu kbir b’kont meħud, b’mod partikolari, ta’ tendenzi fil-passat jew ta’ kwalunkwe infrastruttura jew faċilitajiet provduti, jew ta’ miżuri oħra meħuda, għall-promozzjoni ta’ l-għawm; 5) “Tniġġis” tfisser il-preżenza ta’ kontaminazzjoni mikrobijoloġika jew organiżmi oħra jew skart li jaffettwa l-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm u li jippreżenta riskju għas-saħħa ta’ l-għawwiema kif inhu msemmi fl-Artikoli 8 u 9 u fl-Anness I, Kolonna A; 6) “L-istaġun ta’ l-għawm” tfisser il-perjodu li matulu jkun mistenni numru kbir ta’ għawwiema; 7) “Miżuri ta’ immaniġġjar” tfisser il-miżuri segwenti, li ttieħdu fir-rigward ta’ l-ilma għall-għawm: (a) l-istabbiliment u l-manteniment ta’ profil ta’ l-ilma għall-għawm; (b) l-istabbiliment ta’ kalendarju ta’ monitoraġġ; (c) il-monitoraġġ ta’ l-ilma għall-għawm; (d) l-istima tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm; (e) il-klassifikazzjoni l-ilma għall-għawm; (f) l-identifikazzjoni u l-istima tal-kawżi ta’ tniġġis li jista’ jaffettwa l-ilmijiet għall-għawm u jagħmel ħsara għas-saħħa ta’ l-għawwiema; (g) l-għoti ta’ informazzjoni lill-pubbliku; (h) it-teħid ta’ azzjoni sabiex tiġi evitata l-esposizzjoni ta’ l-għawwiema għat-tniġġis; (i) it-teħid ta’ azzjoni sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ tniġġis; 8) “Tniġġis għal żmien qasir” tfisser kontaminazzjoni mikrobijoloġika kif imsemmi fl-Anness I, Kolonna A, li għandha kawżi li jistgħu jiġu identifikati b’mod ċar, li normalment mhux mistenni jaffettwa l-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm għal iktar minn bejn wieħed u ieħor 72 siegħa wara li l-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm tkun l-ewwel affetwata u li għaliha l-awtorità kompetenti tkun stabbilixxiet proċeduri sabiex tipprevedi u titratta kif stabbilit fl-Anness II; 9) “Sitwazzjoni anormali” tfisser avveniment jew kombinazzjoni ta’ avvenimenti li jolqtu l-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm fil-post konċernat u li ma jkunux mistennija jiġru fuq medja ta’ iktar minn darba kull erba’ snin; 10) “Sett ta’ data dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm” tfisser data miksuba skond l-Artikolu 3; 11) “Stima tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm” tfisser il-proċess għall-valutazzjoni tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm, bl-użu tal-metodu ta’ stima definit fl-Anness II; 12) “Proliferazzjoni ċjanobatterika” tfisser akkumulazzjoni ta’ ċjanobatterji f’forma ta’ bloom, paljett jew ħmieġ; 13) “Pubbliku kkonċernat”għandu l-istess tifsira bħal fid-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1985 dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent ( 13 ). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|