|
+Artikolu 13 Rapporti ---+Article 13 1. ---+Article 13 2. ---+Article 13 3. ---+Article 13 4. |
Artikolu 13 RapportiArtikolu 13 Rapporti 1. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni bir-riżultati tal-monitoraġġ u bl-istima tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm għal kull ilma għall-għawm, kif ukoll b’deskrizzjoni tal-miżuri sinifikanti ta’ immaniġġjar li ttieħdu. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw din l-informazzjoni kull sena sal-31 ta’ Diċembru fir-rigward ta’ l-istaġun ta’ l-għawm preċedenti. Huma għandhom jibdew jipprovduha ladarba tkun saret l-ewwel stima tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm skond l-Artikolu 4. 2. L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni kull sena qabel il-bidu ta’ l-istaġun ta’ l-għawm dwar l-ilmijiet kollha identifikati bħala ilmijiet għall-għawm, inkluża r-raġuni għal kwalunkwe bidla b’paragun mas-sena preċedenti. Huma għandhom jagħmlu dan għall-ewwel darba qabel il-bidu ta’ l-ewwel staġun ta’ l-għawm wara 24 Marzu 2008. Fir-rigward tal-Majott, il-limitu taż-żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun it-30 ta' Ġunju 2014. 3. Meta jibda l-monitoraġġ ta’ l-ilma għall-għawm skond din id-Direttiva, ir-rapportaġġ ta’ kull sena lill-Kummissjoni għandu jkompli jsir skond il-paragrafu 1 skond id-Direttiva 76/160/KEE sakemm tkun tista’ ssir l-ewwel stima skond din id-Direttiva. Matul dak il-perjodu, il-parametru 1 ta’ l-Anness mad-Direttiva 76/160/KEE ma għandux jiġi kkonsidrat fir-rapport annwali, u l-parametri 2 u 3 ta’ l-Anness mad-Direttiva 76/160/KEE għandhom jitqiesu bħala ekwivalenti għall-parametri 2 u 1 tal-Kolonna A ta’ l-Anness I ma’ din id-Direttiva. 4. Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport annwali fil-qosor dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm fil-Komunità, inklużi l-klassifikazzjonijiet ta’ l-ilma għall-għawm, il-konformità ma’ din id-Direttiva u l-miżuri sinifikanti ta’ immaniġġjar li ttieħdu. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dan ir-rapport sat-30 ta’ April kull sena, anke permezz ta’ l-Internet. Meta tagħmel ir-rapport, il-Kummissjoni għandha, fejn ikun possibbli, tagħmel l-aħjar użu mis-sistemi tal-ġbir, ta’ valutazzjoni u ta’ preżentazzjoni ta’ data skond il-liġi Komunitarja relatata, partikolarment id-Direttiva 2000/60/KE. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|