|
+ANNESS III Il-profil ta’ l-ilma għall-għawm |
ANNESS III Il-profil ta’ l-ilma għall-għawmANNESS III Il-profil ta’ l-ilma għall-għawm 1. Il-profil ta’ l-ilma għall-għawm imsemmi fl-Artikolu 6 għandu jikkonsisti f’li ġej: (a) deskrizzjoni tal-karatteristiċi fiżiċi, ġeografiċi u idroloġiċi ta’ l-ilma għall-għawm, u ta’ ilmijiet oħra tal-wiċċ fil-baċin ta’ l-ilma għall-għawm konċernat, li jistgħu ikunu sors ta’ tniġġis, li huma relevanti għall-għan ta’ din id-Direttiva u kif previsti fid-Direttiva 2000/60/KE; (b) identifikazzjoni u stima tal-kawżi ta’ tniġġis li jistgħu jaffettwaw l-ilmijiet għall-għawm u jagħmlu ħsara għas-saħħa ta’ l-għawwiema; (ċ) stima tal-potenzjal għall-proliferazzjoni ta’ ċjanobatterji; (d) stima tal-potenzjal għall-proliferazzjoni ta’ makro-alka u/jew fitoplankton; (e) jekk l-istima skond il-punt (b) turi li hemm riskju ta’ tniġġis għal żmien qasir, l-informazzjoni li ġejja: — in-natura, il-frekwenza u d-dewmien antiċipati tat-tniġġis mistenni għal żmien qasir, — id-dettalji ta’ xi kawżi rimanenti ta’ tniġġis, inklużi l-miżuri ta’ immaniġġjar li ttieħdu u l-programm kronoloġiku għall-eliminazzjoni tagħhom, — il-miżuri ta’ immaniġġjar li ttieħdu matul inċidenti ta’ tniġġis għal żmien qasir u l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt ta’ korpi responsabbli sabiex jieħdu tali azzjonijiet; (f) il-post tal-punt ta’ monitoraġġ. 2. Fil-każ ta’ ilmijiet għall-għawm kklassifikati bħala “tajba”, “suffiċjenti” jew “fqar”, il-profil ta’ l-ilma għall-għawm għandu jiġi rivedut regolarment biex jiġi stmat jekk inbidlux xi aspetti stabbiliti fil-paragrafu 1. Jekk ikun neċessarju, huwa għandu jiġi aġġornat. Il-frekwenza u l-ambitu tar-reviżjonijiet għandhom jiġu stabbiliti abbażi tan-natura u l-gravità tat-tniġġis. Madankollu, huma għandhom jikkonformaw mill-inqas mad-disposizzjonijiet u għandhom isiru mill-inqas bil-frekwenza speċifikata fit-tabella li ġejja.
Fil-każ ta’ ilmijiet għall-għawm preċedentement ikklassifikati bħala “eċċellenti”, il-profil ta’ l-ilma għall-għawm għandu jiġi rivedut u, jekk ikun neċessarju, aġġornat biss jekk il-klassifikazzjoni tinbidel għal “tajjeb”, “suffiċjenti” jew “fqir”. Ir-reviżjoni għandha tkopri l-aspetti kollha msemmija fil-paragrafu 1. 3. Fil-każ ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni sinifikanti jew tibdil sinifikanti fl-infrastruttura fil-viċinanzi ta’ l-ilma għall-għawm, il-profil ta’ l-ilma għall-għawm għandu jiġi aġġornat qabel il-ftuħ ta’ l-istaġun ta’ l-għawm li jmiss. 4. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 (a) u (b) għandha tiġi provduta fuq mappa dettaljata kull fejn dan ikun prattikabbli. 5. Informazzjoni relevanti oħra tista’ tkun mehmuża jew inkluża jekk l-awtorità kompetenti tqis li dan huwa meħtieġ. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|