+ANNESS IV Monitoraġġ ta’ l-ilma għall-għawm

ANNESS IV Monitoraġġ ta’ l-ilma għall-għawm

ANNESS IV

Monitoraġġ ta’ l-ilma għall-għawm

1. Kampjun wieħed għandu jittieħed ftit qabel il-bidu ta’ kull staġun ta’ l-għawm. B’kont meħud ta’ dan il-kampjun żejjed u soġġett għall-paragrafu 2, għandhom jittieħdu u jiġu analizzati mhux inqas minn erba’ kampjuni kull staġun ta’ l-għawm.

2. Madankollu, tliet kampjuni biss għandhom bżonn jittieħdu u jiġu analizzati kull staġun ta’ l-għawm fil-każ ta’ ilma għall-għawm li jew:

(a) għandu staġun ta’ l-għawm li ma jaqbiżx it-8 ġimgħat; jonkella

(b) qiegħed f’reġjun soġġett għall-restrizzjonijiet ġeografiċi speċjali.

3. Id-dati tal-ġbir ta’ kampjuni għandhom jitqassmu matul l-istaġun kollu ta’ l-għawm, bl-intervall bejn id-dati tal-ġbir ta’ kampjuni qatt ma jeċċedi xahar.

4. Fil-każ ta’ tniġġis għal żmien qasir, għandu jittieħed kampjun wieħed addizzjonali biex jikkonferma li l-inċident intemm. Dan il-kampjun ma għandux ikun parti mis-sett ta’ data dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm. Jekk ikun neċessarju li jiġi sostitwit kampjun injorat, għandu jittieħed kampjun addizzjonali sebat’ijiem wara t-tmiem tat-tniġġis għal żmien qasir.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0007
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.