|
+Artikolu 18 ---+Article 18 1. ---+Article 18 2. |
Artikolu 18Artikolu 18 Obbligu ta' rappurtar 1. L-Istati Membri għandhom, f'intervalli ta' tliet snin, jittrasmettu lill-Kummissjoni rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Ir-rapport għandu jitfassal abbażi ta' kwestjonarju jew prospett li jiġi adottat mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23(2). Ir-rapport għandu jiġi trasmess lill-Kummissjoni fi żmien disa' xhur mill-għeluq tal-perjodu tat-tliet snin li jkopri. Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva fi żmien disa' xhur minn meta tirċievi r-rapporti mill-Istati Membri. 2. Kull sena l-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni informazzjoni dwar avvenimenti nnotifikati mill-operaturi skond l-Artikoli 11(3) u 12(6). Il-Kummissjoni għandha tqiegħed din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni ta' l-Istati Membri fuq talba tagħhom. Mingħajr ħsara għal-liġi Komunitarja dwar l-aċċess mill-pubbliku għal informazzjoni dwar l-ambjent, l-Istati Membri għandhom min-naħa tagħhom iqiegħdu l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-membri tal-pubbliku konċernati fuq talba tagħhom. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|