|
+Artikolu 15 Esportazzjonijiet ---+Article 15 1. ---+Article 15 2. ---+Article 15 3. |
Artikolu 15 EsportazzjonijietArtikolu 15 Esportazzjonijiet 1. It-trattament u r-riċiklaġġ jistgħu jsiru barra mill-Istat Membru kkonċernat jew barra mill-Komunità, basta li l-vjeġġi ta' skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi jkun konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 ta' l-1 ta' Frar 1993 dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta' vjeġġi ta' skart fi, għal u mill-Komunità Ewropea ( 6 ). 2. Skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi esportati barra mill-Komunità skond ir-Regolament (KEE) Nru 259/93, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1420/1999 tad-29 ta' April 1999 li jistabbilixxi regoli u proċeduri komuni li għandhom japplikaw għal vjeġġi ta' ċerti tipi ta' skart lejn ċertu pajjiżi mhux ta' l-OECD ( 7 ) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1547/1999 tat-12 ta' Lulju 1999 li jistabbilixxi l-proċeduri ta' kontroll skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 li għandhom japplikaw għal vjeġġi ta' ċertu tipi ta' skart lejn ċerti pajjiżi li għalihom ma tapplikax id-Deċiżjoni finali tal-OECD C(92)39 ( 8 ) għandhom jgħoddu fir-rigward tat-twettiq ta' l-obbligi u l-effiċjenzi stabbiliti fl-Anness III ta' din id-Direttiva biss jekk ikun hemm evidenza soda li l-operazzjoni ta' riċiklaġġ tkun saret taħt kondizzjonijiet ekwivalenti għar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva. 3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23a biex tistabbilixxi regoli dettaljati li jissupplimentaw ir-regoli msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari l-kriterji għall-valutazzjoni ta’ kundizzjonijiet ekwivalenti kif imsemmija fih. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|