|
+Artikolu 23a Eżerċizzju tad-delega ---+Article 23a 1. ---+Article 23a 2. ---+Article 23a 3. ---+Article 23a 4. ---+Article 23a 5. |
Artikolu 23a Eżerċizzju tad-delegaArtikolu 23a Eżerċizzju tad-delega 1. Is-setgħa li tadotta atti delegati hija kkonferita lill-Kummissjoni, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. 2. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 15(3) u l-Artikolu 21(2) u (7) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mit-30 ta’ Diċembru 2013. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħat sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża taċitament għal perijodi ta’ durata identika, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perijodu. 3. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 15(3) u l-Artikolu 21(2) u (7) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tkun effettiva mill-jum wara dak tal-publikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew minn data oħra aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ. 4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 5. Att delegat li jiġi adottat skont l-Artikolu 15(3) u l-Artikolu 21(2) u (7) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|