|
+ANNESS IV |
ANNESS IVANNESS IV REKWIŻITI PROĊEDURALI GĦAR-REĠISTRAZZJONI 1. Rekwiżiti għar-reġistrazzjoni Ir-reġistrazzjoni tal-produtturi ta’ batteriji u akkumulaturi għandha ssir mal-awtoritajiet nazzjonali jew mal-organizzazzjonijiet ta’ responsabbiltà ta’ produtturi nazzjonali awtorizzati mill-Istati Membri (minn hawn ‘il quddiem: korpi tar-reġistrazzjoni), bil-miktub jew elettronikament. Din il-proċedura ta’ reġistrazzjoni tista’ tkun parti minn proċedura oħra ta’ reġistrazzjoni ta’ produttur. Il-produtturi ta’ batteriji u akkumulaturi għandu jkollhom bżonn biss li jirreġistraw darba fi Stat Membru fejn huma jqiegħdu l-batteriji u l-akkumulaturi fis-suq tal-Istat Membru għall-ewwel darba fuq bażi professjonali, u għandhom jiġu pprovduti b’numru ta’ reġistrazzjoni meta sseħħ ir-reġistrazzjoni. 2. Informazzjoni li għandha tingħata mill-produtturi Il-produtturi ta’ batteriji u akkumulaturi għandhom jipprovdu lill-korpi tar-reġistrazzjoni l-informazzjoni li ġejja: (i) l-isem tal-produttur u l-marki kummerċjali (jekk disponibbli) li taħthom joperaw fl-Istat Membru, (ii) l-indirizz(i) tal-produttur: il-kodiċi postali u l-lokalità, l-isem tat-triq u n-numru, il-pajjiż, il-URL, in-numru tat-telefon, kif ukoll il-persuna ta’ kuntatt, in-numru tal-fax u l-indirizz elettroniku tal-produttur, jekk huma disponibbli, (iii) l-indikazzjoni dwar it-tipi ta’ batteriji u akkumulaturi li tqiegħdu fis-suq mill-produttur: batteriji u akkumulaturi portabbli, batteriji u akkumulaturi industrijali, jew batteriji u akkumulaturi awtomotivi, (iv) informazzjoni dwar kif il-produttur jirrispetta r-responsabbiltajiet tiegħu; permezz ta’ skema individwali jew kollettiva, (v) data tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, (vi) kodiċi ta’ identifikazzjoni nazzjonali tal-produttur, inkluż in-numru tal-kodiċi fiskali Ewropew jew in-numru tal-kodiċi fiskali nazzjonali tal-produttur (fakultattiv), (vii) dikjarazzjoni li l-informazzjoni pprovduta hija vera. Għall-fini tar-reġistrazzjoni msemmija fit-tieni paragrafu tal-punt 1, il-produtturi ta’ batteriji u akkumulaturi ma għandhomx ikunu obbligati jipprovdu l-ebda informazzjoni oħra għajr dik elenkata fil-punt 2 (i) - (vii). 3. Ħlas għar-reġistrazzjoni Il-korpi tar-reġistrazzjoni jistgħu japplikaw ħlas għar-reġistrazzjoni bil-kundizzjoni li dawn ikunu abbażi tal-ispiża u proporzjonati. Il-korpi tar-reġistrazzjoni li japplikaw ħlas għar-reġistrazzjoni għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti bil-metodoloġija li tintuża biex jiġi kkalkulat il-prezz tal-ħlas. 4. Bidla fid-data tar-reġistrazzjoni L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-każ li tinbidel id-data pprovduta minn produtturi skont il-punt 2 (i) - (vii), il-produtturi għandhom jinfurmaw b’dan lill-korp tar-reġistrazzjoni rilevanti mhux aktar tard minn xahar wara l-bidla. 5. Tneħħija tar-reġistrazzjoni Meta l-produtturi ma jibqgħux aktar produtturi fi Stat Membru, huma għandhom ineħħu r-reġistrazzjoni billi jinfurmaw lill-korp tar-reġistrazzjoni rilevanti b’dan. ( 1 ) ĠU L 144, 4.6.1997, p. 19. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/29/KE (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22). ( 2 ) ĠU L 377, 31.12.1991, p. 20. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 166/2006. ( 3 ) Ir-Regolament (KE) Nru 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2002 dwar l-Istatistika fuq l-Iskart (ĠU L 332, 9.12.2002, p. 1. ( 4 ) ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37. Direttiva kif emendata l-aħħar bl-Att ta' Adeżjoni 2003. ( 5 ) ĠU L 114, 24.4.2001, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 196/2006 (ĠU L 32, 4.2.2006, p. 4). ( 6 ) ĠU L 30, 6.2.1993, p. 1 . Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2557/2001 (ĠU L 349, 31.12.2001, p. 1). ( 7 ) ĠU L 166, 1.7.1999, p. 6. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 105/2005 (ĠU L 20, 22.1.2005, p. 9). ( 8 ) ĠU L 185, 17.7.1999, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 105/2005. ( 9 ) Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3). ( 10 ) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|