1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva qabel l-25 ta’ Diċembru 2008. Huma għandhom minnufih jikkomunikawhom lill-Kummissjoni.
Meta jiġu adottati mill-Istati Membri, dawn il-miżuri għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva, jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.