+Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw flimkien ma' dawk stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/60/KE:

1) 

“standard tal-kwalità ta' l-ilma ta' taħt l-art” tfisser standard tal-kwalità ambjentali espress bħala l-konċentrazzjoni ta' pollutant partikolari, grupp ta' pollutanti jew indikatur ta' tniġġiż fl-ilma ta' taħt l-art, li ma jistax jinqabeż sabiex ikunu protetti s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent;

▼M2

2) 

“valur ta' limitu” tfisser standard tal-kwalità tal-ilma ta' taħt l-art stabbilit fil-livell tal-Unjoni u elenkat fil-Parti D tal-Anness II jew stabbilit mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 3(1)(b);

▼B

3) 

“tendenza li tiżdied u li hija sinifikanti u sostnuta” tfisser kwalunkwe żieda li hija statistikament u ambjentalment sinifikanti ta' konċentrazzjoni ta' sustanza inkwinanti, grupp ta' sustanzi inkwinanti, jew indikatur ta' tniġġis fl-ilma ta' taħt l-art li għaliha t-treġġigħ lura tat-tendenza huwa identifikat bħala meħtieġ skond l-Artikolu 5;

4) 

“dħul ta' pollutant fl-ilma ta' taħt l-art” tfisser l-introduzzjoni diretta jew indiretta ta' pollutanti fl-ilma ta' taħt l-art bħala riżultat ta' attività umana;

5) 

“livell ta' l-isfond” tfisser il-konċentrazzjoni ta' sostanza jew il-valur ta' indikatur f'ġabra ta' ilma ta' taħt l-art li tikkorrespondi ma' l-ebda alterazzjoni antropoġenika, jew ma' alterazzjoni minuri ħafna biss, għal kondizzjonijiet mhux iddisturbati;

6) 

“livell ta' bażi” tfisser il-medja tal-valur imkejjel mill-inqas matul is-snin ta' referenza 2007 u 2008 abbażi tal-programmi ta' monitoraġġ implimentati taħt l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/60/KE, jew, fil-każ ta' sustanzi identifikati wara dawn is-snin ta' referenza, matul l-ewwel perijodu li għalih perijodu rappreżentattiv ta' data ta' monitoraġġ huwa disponibbli;

▼M2

7) 

“indikatur tat-tniġġis” tfisser parametru li jista’ jiġi mmonitorjat biex jingħata valur li huwa rappreżentattiv tal-livell jew tal-konċentrazzjoni ta’ kontaminant jew ta’ grupp ta’ kontaminanti u għalhekk tar-riskju ppreżentat minnhom.

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0118
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.