+Artikolu 5
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
|
Artikolu 5
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5 1.
|
L-Istati Membri għandhom jidentifikaw kwalunkwe tendenzi li qed jiżdiedu sinifikanti u sostnuti f'konċentrazzjonijiet ta' pollutanti, gruppi ta' pollutanti u indikaturi ta' tniġġiż misjuba f'mases, jew gruppi ta' mases ta' l-ilma ta' taħt l-art, identifikati bħala li qegħdin f'riskju u jiddefinixxu l-punt ta' tluq għat-treġġigħ lura ta' dik it-tendenza, skond l-Anness IV.
|
|
Artikolu 5 2.
|
L-Istati Membri għandhom, skond il-Parti B ta' l-Anness IV, ireġġgħu lura t-tendenzi li jippreżentaw riskju ta' ħsara sinifikanti għall-kwalità ta' l-ekosistemi akkwatiċi jew terrestri, għas-saħħa tal-bniedem, jew għall-użi leġittimi attwali jew potenzjali ta' l-ambjent ta' l-ilma, permezz tal-programm ta' miżuri imsemmija fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2000/60/KE, sabiex jitnaqqas b'mod progressiv it-tniġġiż u tiġi prevenuta d-deterjorament ta' l-ilma ta' taħt l-art.
|
|
Artikolu 5 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-punt ta' tluq minn meta ireġgħu lura t-tendenzi bħala persentaġġ tal-livell ta' l-istandards tal-kwalità ta' l-ilma ta' taħt l-art imniżżla fl-Anness I u tal-valuri ta' limitu stabbiliti skond l-Artikolu 3, abbażi tat-tendenza identifikata u r-riskju ambjentali assoċjat magħha, skond il-punt 1 tal-Parti B ta' l-Anness IV.
|
|
Artikolu 5 4.
|
Fil-pjanijiet ta' ġestjoni tal-baċiri tax-xmajjar sottomessi skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE, l-Istati Membri għandhom jagħtu sintesi:
a)
tal-mod kif il-valutazzjoni tat-tendenza minn punti ta' monitoraġġ individwali f'massa jew grupp ta' mases ta' l-ilma ta' taħt l-art ikkontribwiet għall-identifikazzjoni skond is-Sezzjoni 2.5 ta' l-Anness V ta' dik id-Direttiva, li dawk il-mases huma soġġetti għal tendenza 'l fuq sinifikanti u sostnut f'konċentrazzjoni ta' kwalunkwe pollutant jew treġġigħ lura ta' dik it-tendenza; u
b)
ir-raġunijiet għall-punti ta' tluq definiti skond il-paragrafu 3.
|
|
Artikolu 5 5.
|
Fejn meħtieġ biex jiġi valutat l-impatt ta' traċċi eżistenti ta' tniġġiż f'mases ta' ilma ta' taħt l-art li jistgħu jheddu l-kisba ta' l-objettivi fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE, u b'mod partikolari dawk it-traċċi li jirriżultaw minn punti ta' sorsi u art kontaminata, l-Istati Membri għandhom jagħmlu aktar stimi tat-tendenzi għall-pollutanti identifikati sabiex jiġi verifikat li traċċi minn siti kontaminati ma jinfirxux, ma jiddeterjorawx l-istat kimiku tal-massa jew grupp ta' mases ta' l-ilma ta' taħt l-art, u mhumiex ta' riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. Ir-riżultati ta' dawn il-valutazzjonijiet għandhom jinkitbu f'sommarju fil-pjanijiet ta' ġestjoni tal-baċiri tax-xmajjar sottomessi skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0118
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|