+Artikolu 6
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.

Artikolu 6

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1.

Sabiex jintlaħaq l-objettiv li jkunu evitati jew limitati dħul ta' pollutanti fl-ilma ta' taħt l-art stabbilit skond l-Artikolu 4(1)(b)(i) tad-Direttiva 2000/60/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-programm ta' miżuri stabbiliti skond l-Arikolu 11 ta' dik id-Direttiva, jinkludi:

a) 

il-miżuri kollha meħtieġa li jevitaw dħul fl-ilma ta' taħt l-art ta' kwalunkwe sustanza perikoluża, bla ħsara għall-paragrafi 2 u 3. Fl-identifikazzjoni ta' tali materjali, l-Istati Membri għandhom b'mod partikolari jieħdu kont ta' sustanzi perikolużi li jagħmlu parti mill-familji jew gruppi ta' pollutanti imsemmija fil-punti 1 sa 6 ta' l-Anness VIII għad-Direttiva 2000/60/KE, kif ukoll ta' sustanzi li huma parti mill-familji jew gruppi ta' pollutanti msemmija fil-punti 7 sa 9 ta' l-imsemmi Anness, fejn dawn huma kkunsidrati bħala perikolużi;

b) 

għal pollutanti mniżżla fl-Anness VIII għad-Direttiva 2000/60/KE li mhumiex ikkunsidrati bħala perikolużi, u pollutanti oħrajn li mhumiex perikolużi u li mhumiex elenkati f'dik il-lista li huma kkunsidrati mill-Istati Membri li jippreżentaw riskju ta' tniġġiż eżistenti jew potenzjali, il-miżuri kollha meħtieġa biex jillimitaw id-dħul fl-ilma ta' taħt l-art sabiex jiġi żgurat li tali dħul ma jikkawżax deterjorament jew tendenza 'l fuq sinifikanti u sostnuta fil-konċentrazzjonijiet ta' pollutanti fl-ilma ta' taħt l-art. Tali miżuri għandhom jieħdu kont, għallinqas, ta' l-aħjar prattika stabbilita, inklużi l-Aħjar Prattika Ambjentali u l-Aħjar Tekniki Disponibbli speċifikati fil-leġislazzjoni Komunitarja rilevanti.

Sabiex jiġu stabbiliti l-miżuri msemmija fil-punti (a) jew (b), l-Istati Membri jistgħu, bħala l-ewwel pass, jidentifikaw iċ-ċirkostanzi li taħthom il-pollutanti imniżżla fl-Anness VIII għad-Direttiva 2000/60/KE, b'mod partikolari metalli essenzjali u l-komposti tagħhom imsemmija fil-punt 7 ta' dak l-Anness, għandhom jiġu kkunsidrati bħala perikolużi jew mhux perikolużi.

Artikolu 6 2.
Kull meta jkun teknikament possibbli għandu jittieħed kont tad-dħul ta' pollutanti minn sorsi diffużi ta' tniġġiż li jkollhom impatt fuq l-istat kimiku ta' l-ilma ta' taħt l-art.
Artikolu 6 3.

Bla ħsara għal kondizzjoniet iktar stretti f'leġislazzjoni Komunitarja oħra, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-miżuri meħtieġa mill-paragrafu 1 dħul ta' pollutanti li huma:

a) 

ir-riżultat ta' skariku dirett awtorizzat skond l-Artikolu 11(3)(j) tad-Direttiva 2000/60/KE;

b) 

meqjus mill-awtoritajiet kompetenti li huwa ta' kwantità u konċentrazzjoni tant żgħira li ma joħloq l-ebda periklu fil-preżent jew fil-futur ta' deterjorament fil-kwalità ta' l-ilma ta' taħt l-art li jilqagħhom;

ċ) 

il-konsegwenzi ta' inċidenti jew ċirkostanzi eċċezzjonali ta' kawża naturali li ma setgħux jiġu raġonevolment previsti, evitati jew mitigati;

d) 

ir-riżultat ta' ċċarġjar mill-ġdid jew żieda artifiċjali ta' mases ta' l-ilma ta' taħt l-art awtorizzati skond l-Artikolu 11(3)(f) tad-Direttiva 2000/60/KE;

e) 

meqjus mill-awtoritajiet kompetenti li mhuwiex teknikament vijabbli li jiġi evitat jew limitat mingħajr l-użu ta':

i) 

miżuri li jżidu r-riskji għas-saħħa tal-bniedem jew għall-kwalità ta' l-ambjent b'mod ġenerali; jew

ii) 

miżuri disproporzjonalment għaljin biex ineħħu kwantitajiet ta' pollutanti minn art kontaminata jew ħamrija ta' taħt, jew inkella biex jikkontrollaw it-tnixxija tagħhom f'dawn; jew

(f) 

ir-riżultat ta' interventi f'ilmijiet tal-wiċċ għall-finijiet, fost l-oħrajn, li jiġu mnaqqsa l-effetti ta' għargħar u nixfiet, u għall-ġestjoni ta' ilmijiet u passaġġi ta' l-ilma, inkluż fil-livell internazzjonali. Tali attivitajiet, inklużi l-qtugħ, it-tħammil, ir-rilokazzjoni u d-depożitu ta' sedimenti f'ilma tal-wiċċ, għandhom jitwettqu skond ir-regoli vinkolanti ġenerali, u, fejn applikabbli, bil-permessi u l-awtorizzazzjonijiet maħruġa abbażi ta' tali regoli, żviluppati mill-Istati Membri għal dik il-fini, sakemm tali interventi ma jikkompromettux il-kisba ta' l-objettivi ambjentali stabbiliti għall-ġabriet ta' ilma kkonċernati skond il-punt (b) ta' l-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 2000/60/KE.

L-eżenzjonijiet previsti fil-punti (a) sa (f) jistgħu jintużaw biss fejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jkunu stabbilixxew li monitoraġġ effiċjenti tal-ġabriet ta' ilma ta' taħt l-art ikkonċernati, skond il-punt 2.4.2 ta' l-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE, jew monitoraġġ xieraq ieħor, qiegħed jitwettaq.

Artikolu 6 4.
L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom iżommu inventarju ta' l-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3, għall-fini ta' notifika lill-Kummissjoni jekk jiġu mitluba.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0118
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.