+ANNESS III STIMA TA' L-ISTAT KIMIKU TA' L-ILMA TA' TAĦT L-ART

ANNESS III STIMA TA' L-ISTAT KIMIKU TA' L-ILMA TA' TAĦT L-ART




ANNESS III

STIMA TA' L-ISTAT KIMIKU TA' L-ILMA TA' TAĦT L-ART

1. Il-proċedura ta' valutazzjoni biex jiġi determinat l-istat kimiku ta' massa jew grupp ta' mases ta' ilma ta' taħt l-art għandha titwettaq f'relazzjoni mal-mases jew gruppi ta' mases kollha ta' l-ilma ta' taħt l-art karatterizzati bħala li huma f'riskju u fir-rigward ta' kull wieħed mill-pollutanti li jikkontribwixxu għall-massa jew grupp ta' mases ta' l-ilma ta' taħt l-art li huma karatterizzati hekk.

2. Fit-twettiq ta' kwalunkwe investigazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 4(2)(ċ), l-Istati Membri għandhom jieħdu kont ta':

a) 

l-informazzjoni miġbura bħala parti mill-karatterizzazzjoni li trid titwettaq skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/60/KE u taħt is-Sezzjonijiet 2.1, 2.2 u 2.3 ta' l-Anness II għalih;

b) 

ir-riżultati tan-network ta' monitoraġġ ta' l-ilma ta' taħt l-art miksuba skond is-Sezzjoni 2.4 ta' l-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE; u

▼M2

(c) 

kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra, inkluż tqabbil bejn il-medja aritmetika tal-konċentrazzjoni annwali tal-pollutanti rilevanti f'punt ta' monitoraġġ u l-istandards ta' kwalità tal-ilma ta' taħt l-art stabbiliti fl-Anness I u l-valuri ta' limitu msemmija fl-Artikolu 3(1)(b) u (c).

▼B

3. Għall-iskopijiet ta' l-investigazzjonijiet dwar jekk intlaħqux il-kondizzjonijiet għal stat kimiku tajjeb ta' l-ilma ta' taħt l-art imsemmija fl-Artikolu 4(2)(ċ)(i) u (iv), l-Istati Membri, għandhom fejn ikun rilevanti u meħtieġ, u abbażi ta' aggregazzjonijiet xierqa tar-riżultati tal-monitoraġġ, sostnuti fejn meħtieġ bi stimi ta' konċentrazzjoni bbażati fuq mudell konċettwali tal-massa jew grupp ta' mases ta' l-ilma ta' taħt l-art, jistmaw kemm il-massa ta' ilma ta' taħt l-art għandha konċentrazzjoni aritmetika medja annwali ta' pollutant ogħla minn standard ta' kwalità ta' l-ilma ta' taħt l-art jew minn valur ta' limitu.

4. Għall-iskopijiet ta' l-investigazzjoni dwar jekk il-kondizzjonijiet għal stat kimiku tajjeb ta' l-ilma ta' taħt l-art imsemmija fl-Artikolu 4(2)(ċ)(ii) u (iii) humiex sodisfatti, l-Istati Membri għandhom, fejn ikun rilevanti u meħtieġ, u abbażi tar-riżultati rilevanti ta' monitoraġġ u ta' mudell konċettwali adatt tal-massa ta' ilma ta' taħt l-art, jivvalutaw:

a) 

l-impatt tal-pollutanti fil-ġabra ta' l-ilma ta' taħt l-art;

b) 

l-ammonti u l-konċentrazzjonijiet tal-pollutanti li jiġu, jew li x'aktarx jiġu, trasferiti mill-massa ta' ilma ta' taħt l-art għall-ilmijiet assoċjati tal-wiċċ jew ekosistemi terrestri direttament dipendenti;

ċ) 

l-impatt probabbli ta' l-ammonti u l-konċentrazzjonijiet tal-pollutanti trasferiti għall-ilmijiet assoċjati tal-wiċċ u għal ekosistemi terrestri dipendenti direttament;

d) 

il-livell ta' kwalunkwe dħul ta' mluħ jew dħul ieħor fil-massa ta' ilma ta' taħt l-art; u

e) 

ir-riskju mill-pollutanti fil-massa ta' l-ilma ta' taħt l-art għall-kwalità ta' ilma li jinġabar, jew maħsub li jinġabar, mill-massa ta' l-ilma ta' taħt l-art għall-konsum mill-bniedem.

5. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw l-istat kimiku ta' l-ilma ta' taħt l-art ta' massa jew grupp ta' mases ta' l-ilma ta' taħt l-art fuq mapep skond is-Sezzjonijiet 2.4.5 u 2.5 ta' l-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jindikaw fuq dawn il-mapep il-punti kollha ta' monitoraġġ fejn l-istandards tal-kwalità ta' l-ilma ta' taħt l-art u/jew il-valuri ta' limitu nqabżu, fejn ikun rilevanti u vijabbli.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0118
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.