+Artikolu 1 3.

Artikolu 1 3.

Dan li ġej għandu jkun eskluż mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament:

(a) 

il-ħatt għal fuq ix-xatt ta' skart, inkluż ilma skart u residwi, ġenerat mill-operazzjoni normali ta' bastimenti u ta' pjattaformi ta' fuq il-baħar bil-kundizzjoni li tali skart ikun suġġett għar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Bastimenti, 1973, kif modifikata bil-Protokoll tal-1978 relatat ma' dan (Marpol 73/78), jew strumenti internazzjonali li jorbtu oħrajn;

(b) 

skart iġġenerat fuq vetturi, ferroviji, ajruplani u bastimenti, sakemm l-imsemmi skart ikun skarikat sabiex ikun irkuprat jew jintrema;

(ċ) 

vjeġġi ta' skart radjuattiv kif definit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/3/Euratom tat-3 ta' Frar 1992 dwar is-sorveljanza u l-kontroll ta' spedizzjonijiet ta' skart radjuattiv bejn l-Istati Membri u bejn u l'barra mill-Komunità ( 1 );

(d) 

vjeġġi li huma suġġetti għar-rekwiżiti ta' approvazzjoni tar-Regolament (KE) Nru. 1774/2002;

(e) 

il-vjeġġi ta' skart imsemmi fil-punt 1(b) (ii), (iv) u (v) ta' l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/12/KE, fejn dak il-vjeġġ ikun diġa' kopert minn leġiżlazzjoni oħra tal-Komunità li jkun fiha diżpożizzjonijiet simili;

(f) 

vjeġġi ta' skart mill-Atlantiku lejn il-Komunità li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Protokoll dwar il-Protezzjoni ta' l-Ambjent tat-Trattat ta' l-Antartiku (1991);

(g) 

importazzjonijiet lejn il-Komunità ta' skart ġenerat minn forzi armati jew minn organizzazzjonijiet ta' għajnuna f'sitwazzjonijiet ta' kriżi, ta' stabbiliment tal-paċi jew ta' żamma tal-paċi fejn tali skart jiġi trasportat, mill-forzi armati jew mill-organizzazzjonijiet umanitarji konċernati jew f'isimhom, direttament jew indirettament lejn il-pajjiż tad-destinazzjoni. F'każijiet bħal dawn kwalunkwe awtorità kompetenti tad-destinazzjoni fil-Komunità għandhom jiġu infurmati minn qabel dwar il-ġarr u d-destinazzjoni tiegħu;

▼M5

(h) 

vjeġġi ta’ CO2 għall-finijiet tal-ħżin ġeoloġiku konformement mad-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju] ( 2 );

▼M10

(i) 

bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar- Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ).

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1013
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.