+Artikolu 3 Qafas proċedurali ġenerali
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 3 3.
---+Artikolu 3 4.
---+Artikolu 3 5.

Artikolu 3 Qafas proċedurali ġenerali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1.

Il-vjeġġi tat-tipi ta' skart li ġejjin għandhom ikunu suġġetti għall-proċedura ta' notifika u kunsens bil-miktub minn qabel kif stabbilit bid-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu:

(a) 

jekk ikunu destinati għal operazzjonijiet ta' rimi:

kull skart;

(b) 

jekk ikunu destinati għal operazzjonijiet ta' rkupru:

(i) 

l-iskart imsemmi fl-Annessa IV, li jinkludi, inter alia, skart elenkat fl-Annessi II u VIII mal-Konvenzjoni ta' Basel;

(ii) 

skart elenkat fl-Anness IV A;

(iii) 

skart li mhux klassifikat taħt entrata waħdanija f'xi wieħed mill-Annessi III, IIIB, IV jew IVA;

(iv) 

taħlit ta' skart mhux klassifikat taħt entrata f'xi wieħed mill-Annessi III, IIIB, IV IVA ħlief jekk elenkati fl-Anness IIIA.

Artikolu 3 2.

Il-vjeġġi tat-tipi ta' skart li ġejjin destinati għall-irkupru għandhom ikunu suġġetti għar-rekwiżiti ġenerali ta' informazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 18, jekk l-ammont ta' skart imbarkat ikun akbar minn 20 kg:

(a) 

skart elenkat fl-Anness III jew IIIB.

(b) 

taħlitiet, mhux klassifikati taħt entrata waħda fl-Anness III, ta' żewġ tipi jew aktar ta' skart elenkati fl-Anness III kemm-il darba l-kompożizzjoni ta' dawn it-taħlitiet ma tfixkilx l-irkupru ambjentalment san tagħhom u sakemm tali taħlitiet huma elenkati fl-Anness IIIA, skond l-Artikolu 58.

Artikolu 3 3.
Għal skart elenkat fl-Anness III, f'każijiet eċċezzjonali, id-dispożizzjonijiet rilevanti għandhom japplikaw daqs li kieku kienu elenkati fl-Anness IV, jekk juru kwalunkwe mill-karatteristiċi perikolużi elenkati fl-Anness III mad-Direttiva 91/689/KEE. Dawn il-każijiet għandhom jiġu trattati skond l-Artikolu 58.
Artikolu 3 4.
Vjeġġi ta' skart espliċitament destinati għal analiżi fil-laboratorju sabiex jiġu evalwati l-karatteristici fiżiċi jew kimiċi ta' l-iskart jew sabiex tiġi determinata l-identità tiegħu għal operazzjonijiet ta' rkupru jew ta' rimi ma għandhomx ikunu suġġetti għall-proċedura ta' notifika u kunsens bil-miktub minn qabel kif deskritta fil-paragrafu 1. Minflok għandhom japplikaw ir-rekwiżiti proċedurali ta' Artikolu 18. L-ammont ta' tali skart eżentat meta jkun espliċitament destinat għal analiżi fil-laboratorju għandu jiġi determinat mill-kwantità minima raġonevolment meħtieġa sabiex issir l-analiżi b'mod adegwat f'kull każ partikulari, u ma għandux jaqbeż il-25 kg.
Artikolu 3 5.
Vjeġġi ta' skart muniċipali mħallat (entrata ta' klassifikazzjoni ta' skart 20 03 01) miġbur minn djar privati, inkluż fejn tali ġbir ikopri wkoll tali skart mingħand produtturi oħrajn, destinati għal impjanti ta' rkupru jew ta' rimi għandhom, skond dan ir-Regolament, ikunu suġġetti għall-istess dispożizzjonijiet bħal vjeġġi ta' skart destinat għar-rimi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1013
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.