+Artikolu 18 Ċerta informazzjoni rekwiżita ma' l-iskart
---+Artikolu 18 1.
---+Artikolu 18 2.
---+Artikolu 18 3.
---+Artikolu 18 4.

Artikolu 18 Ċerta informazzjoni rekwiżita ma' l-iskart

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 18 1.

Dak l-iskart kif imsemmi fl-Artikolu 3(2) u (4) li huwa previst se jiġi trasportat għandu jkun suġġett għar-rekwiżiti proċedurali li ġejjin:

(a) 

Bil-għan li tiġi faċilitata s-sorveljanza tal-progress fuq ir-rotta tal-vjeġġi ta' tali skart, il-persuna taħt il-ġurisdizzjoni tal-pajjiz tad-dispaċċ li torganizza l-vjeġġ għandu jiżgura li l-iskart huwa akkumpanjat mid-dokument li jinsab fl-Anness VII.

(b) 

Id-dokument li jinsab fl-Anness VII għandu jiġi ffirmat mill-persuna li torganizza l-vjeġġ qabel ma jsir l-vjeġġ u għandu jiġi ffirmat mill-impjant ta' rkupru jew mil-laboratorju u d-destinatarju meta l-iskart in kwistjoni ikun riċevut.

Artikolu 18 2.

Il-kuntratt imsemmi fl-Anness VII bejn il-persuna li torganizza il-vjeġġ u d-destinatarju għall-irkupru ta' l-iskart għandu jkun effettiv meta jibda l-vjeġġ u għandu jinkludi l-obbligu, fejn il-vjeġġ ta' l-iskart jew l-irkupru tiegħu ma jistax jitkompla kif maħsub jew fejn dan ikun sar bħala vjeġġ illegali, tal-persuna li organizzat il-vjeġġ jew, fejn dik il-persuna mhijiex f'pożizzjoni li tkompli l-vjeġġ ta' l-iskart jew l-irkupru tiegħu (per eżempju hija falluta), tad-destinatarju, li:

(a) 

jieħu lura l-iskart jew jiżgura l-irkupru tiegħu b'mod alternattiv, u

(b) 

jipprovdi, jekk meħtieġ, għad-depożitu temporanju tiegħu.

Il-persuna li torganizza l-vjeġġ jew id-destinatarju għandhom jipprovdu kopja tal-kuntratt fuq talba ta' l-awtorità kompetenti konċernata.

Artikolu 18 3.
Għall-finijiet ta' spezzjoni, infurzar, ippjanar u statistika, l-Istati Membri jistgħu, skond il-liġi nazzjonali, jitolbu l-informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1 dwar vjeġġi koperti minn dan l-Artikolu.
Artikolu 18 4.
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi trattata bħala konfidenzjali fejn dan ikun meħtieġ mil-liġi tal-Komunità u nazzjonali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1013
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.