+Artikolu 36 Esportazzjonijiet projbiti
---+Artikolu 36 1.
---+Artikolu 36 2.
---+Artikolu 36 3.
---+Artikolu 36 4.
---+Artikolu 36 5.

Artikolu 36 Esportazzjonijiet projbiti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 36 1.

L-esportazzjonijiet mill-Komunità tat-tipi, li ġejjin hawn taħt, ta' skart destinat għall-irkupru f'pajjiżi fejn ma tapplikax id-Deċiżjoni ta' l-OECD huma projbiti:

(a) 

skart elenkat bħala perikoluż fl-Anness V;

(b) 

skart elenkat fl-Anness V, parti 3;

(ċ) 

skart perikoluż mhux klassifikat taħt entrata waħda fl-Anness V;

(d) 

taħlitiet ta' skart perikoluż u taħlitiet ta' skart perikoluz ma' skart mhux perikoluż mhux klassifikat taħt entrata waħda fl-Anness V;

(e) 

skart li l-pajjiż tad-destinazzjoni kien innotifika bħala perikoluż skond l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni ta' Basel;

(f) 

skart li l-importazzjoni tiegħu ġie projbit fil-pajjiż tad-destinazzjoni jew,

(g) 

skart li l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ ikollha raġuni sabiex temmen li ma jiġix immaniġġat b'mod ambjentalment san, kif imsemmi fl-Artikolu 49 fil-pajjiż tad-destinazzjoni konċernat.

Artikolu 36 2.
Din id-dispożizzjoni għandha tapplika bla preġudizzju għall-obbligi tat-teħid lura stabbiliti fl-Artikoli 22 u 24.
Artikolu 36 3.
L-Istati Membri jistgħu, f'każijiet eċċezzjonali, jadottaw dispożizzjonijiet sabiex jiddeterminaw, abbażi ta' prova dokumentata provduta b'mod adatt min-notifikatur, li tip speċifiku ta' skart perikoluż elenkat fl-Anness V ikun eskluż mill-projbizzjoni ta' esportazzjoni jekk ma jurix xi waħda mill-proprjetajiet elenkati fl-Anness III mad-Direttiva 91/689/KEE, b'kont meħud, għar-rigward tal-proprjetajiet H3 sa H8, H10 u H11 definiti f'dak l-Anness, tal-valuri limitattivi stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE tat-3 ta' Mejju 2000 li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 94/3/KE li tistabbilixxi lista ta' skart skond l-Artikolu 1(a) tad- Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar l-iskart u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/904/KE li tistabbilixxi lista ta' skart perikoluż skond l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar skart perikoluż ( 10 ).
Artikolu 36 4.
Il-fatt li skart ma jkunx elenkat bħala perikoluż fl-Anness V, jew li jkun elenkat fl-Anness V, Parti 1, Lista B, ma għandux jipprekludi, f'każijiet eċċezzjonali, id-deskrizzjoni ta' tali skart bħala perikoluż u għalhekk suġġett għall-projbizzjoni ta' esportazzjoni jekk huwa juri xi waħda mill-proprjetajiet elenkati fl-Anness III mad-Direttiva 91/689/KEE, b'kont meħud, għar-rigward tal-proprjetajiet H3 sa H8, H10 u H11 definiti f'dak l-Anness, tal-valuri limitattivi elenkati fid-Deċiżjoni 2000/532/KE, kif previst fl-Artikolu 1(4), it-tieni inċiż, tad-Direttiva 91/689/KEE u fil-paragrafu introduttorju ta' l-Anness III ma' dan ir-Regolament.
Artikolu 36 5.
Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 3 u 4, l-Istat Membru konċernat għandu jinforma lill-pajjiż tad-destinazzjoni previst qabel ma tittieħed deċiżjoni. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw każijiet bħal dawn lill-Kummissjoni qabel it-tmiem ta' kull sena kalendarja. Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-informazzjoni lill-Istati Membri kollha u lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni ta' Basel. Abbażi ta' l-informazzjoni provduta, il-Kummissjoni tista' tagħmel kummenti u, fejn ikun il-każ, tadatta l-Anness V skond l-Artikolu 58.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1013
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.