+Artikolu 38 Esportazzjoni ta' skart elenkat fl-Annessi III, IIIA, IIIB, IV u IVA
---+Artikolu 38 1.
---+Artikolu 38 2.
---+Artikolu 38 3.
---+Artikolu 38 4.
---+Artikolu 38 5.
---+Artikolu 38 6.
---+Artikolu 38 7.

Artikolu 38 Esportazzjoni ta' skart elenkat fl-Annessi III, IIIA, IIIB, IV u IVA

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 38 1.
Fejn skart elenkat fl-Annessi III, IIIA, IIIB, IV u IV A, skart mhux klassifikat jew taħlitiet ta' skart mhux klassifikat taħt entrata waħda fl-Anness III, IV jew IVA jiġu esportati mill-Komunità u destinati għall-irkupru f'pajjiżi li għalihom tapplika d-Deċiżjoni ta' l-OECD bit-transitu jew le f'pajjiżi li għalihom tapplika d-Deċiżjoni ta' l-OECD, għandhom japplikaw mutatis mutandis id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II, bl-adattamenti u ż-żidiet elenkati fil-paragrafi 2, 3 u 5.
Artikolu 38 2.

L-adattamenti li ġejjin għandhom japplikaw:

(a) 

taħlitiet ta' skart elenkat fl-Anness III A destinati għal operazzjoni temporanja għandhom ikunu suġġetti għall-proċedura ta' notifika u kunsens bil-miktub minn qabel jekk tkun se ssir operazzjoni sussegwenti ta' rkupru jew rimi temporanju jew mhux temporanju f'pajjiż fejn ma tapplikax id-Deċiżjoni ta' l-OECD;

(b) 

l-iskart elenkat fl-Anness IIIB għandu jkun suġġett għall-proċedura ta' notifika u kunsens bil-miktub minn qabel;

ċ) 

il-kunsens kif meħtieġ skond l-Artikolu 9 jista' jiġi provdut fil-forma ta' kunsens taċitu ta' l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni barra l-Komunità.

Artikolu 38 3.

Fir-rigward ta' esportazzjonijiet ta' skart elenkat fl-Annessi IV u IVA, għandhom japplikaw id-disposizzjonjiet addizzjonali li ġejjin:

(a) 

l-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ u, fejn ikun il-każ, ta' transitu fil-Komunità għandhom jibagħtu kopja ittimbrata tad-deċiżjoni tagħhom li jikkonsentixxu għall-vjeġġ lill-uffiċċju doganali ta' l-esportazzjoni u lill-uffiċċju doganali tal-ħruġ mill-Komunità;

(b) 

kopja tad-dokument tal-moviment għandha tingħata mit-trasportatur lill-uffiċċju doganali ta' l-esportazzjoni u lill-uffiċċju doganali ta' ħruġ mill-Komunità;

(ċ) 

hekk kif l-iskart ikun telaq mill-Komunità, l-uffiċċju doganali ta' ħruġ mill-Komunità għandu jibgħat kopja ttimbrata tad-dokument tal-moviment lill-awtorità tad-dispaċċ fil-Komunità li fih jiddikjara li l-iskart kien telaq mill-Komunità;

(d) 

jekk, 42 jum wara li l-iskart ikun telaq mill-Komunità, l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ fil-Komunità ma tkunx irċeviet informazzjoni mill-impjant dwar ir-riċezzjoni ta' l-iskart, hija għandha mingħajr dewmien tinforma lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni; u:

(e) 

il-kuntratt imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-punt 4 ta' l-Artikolu 4 u fl-Artikolu 5 għandu jistipula li:

(i) 

jekk xi impjant joħroġ ċertifikat ta' rkupru mhux korrett bil-konsegwenza li tiġi terminate l-garanzija finanzjarja, id-destinatarju huwa għandu jħallas l-ispejjeż li jiġu mid-dover tar-ritorn ta' l-iskart lejn iż-żona ta' ġurisidizzjoni ta' l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ u l-ispejjeż ta' l-irkupru jew tar-rimi tiegħu b'mod alternattiv u ambjentalment san;

(ii) 

fi żmien tlett ijiem wara r-riċezzjoni ta' l-iskart għall-irkupru, l-impjant għandu jibgħat id-destinatarju għandu jibgħat kopji iffirmati tad-dokument ta' movement mimli, ħlief iċ-ċertifikat ta' l-irkupru msemmi fis-subpunt (iii), lin-notifikatur u lill-awtorità kompetenti konċernata; u

(iii) 

malajr kemm jista' jkun iżda mhux aktar tard minn tletin jum mill-kompletament ta' l-irkupru u mhux aktar tard minn sena waħda kalendarja wara r-riċezzjoni ta' l-iskart, l-impjant għandu, b'responsabbilità tiegħu, jiċċertifika li l-irkupru tlesta u għandu jibgħat kopji iffirmati tad-dokument tal-moviment, li jinkludi din iċ-ċertifikazzjoni, lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti konċernati.

Artikolu 38 4.

Il-vjeġġ jista' jsir biss jekk:

(a) 

in-notifikatur ikun irċieva kunsens bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ, tad-destinazzjoni u fejn ikun il-każ ta' transitu jew, jekk jingħata l-kunsens taċitu, jew jista' jiġi preżunt l-għoti ta' kunsens taċitu, mill-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni u ta' transitu barra l-Komunità, u jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti jiġu sodisfatti;

(b) 

l-Artikolu 35(4)(b), (ċ) u (d) jiġi osservati.

Artikolu 38 5.

Jekk xi esportazzjoni, kif deskritta fil-paragrafu 1, ta' skart elenkat fl-Annessi IV u IV A qiegħda fi transitu minn pajjiż li għalih ma tapplikax id-Deċiżjoni ta' l-OECD, għandhom japplikaw l-adattamenti li ġejjin:

(a) 

l-awtorità kompetenti ta' transitu li għaliha d-Deċiżjoni ta' l-OECD ma tapplikax għandha jkollha 60 jum mid-data tat-trażmissjoni ta' l-att tar-rikonoxximent tagħha tar-riċezzjoni tan-notifika, sabiex titlob informazzjoni addizzjonali dwar il-vjeġġ notifikat, sabiex tipprovdi, jekk il-pajjiż involut iddeċieda li ma jitlobx kunsens bil-miktub minn qabel u informa lill-Partijiet oħra b'dan skond l-Artikolu 6(4) tal-Konvenzjoni ta' Basel, kunsens taċitu jew tagħti kunsens bil-miktub bi jew mingħajr kondizzjonijiet; u

(b) 

l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ fil-Komunità għandha tieħu d-deċiżjoni li tikkonsentixxi għall-vjeġġ kif imsemmi fl-Artikolu 9 biss wara li tkun irċeviet il-kunsens taċitu jew bil-miktub minn dik l-awtorità kompetenti ta' transitu li għaliha ma tapplikax id-Deċiżjoni ta' l-OECD u mhux qabel 61 jum mid-data tat-trażmissjoni ta' l-att ta'rikonoxximent mill-awtorità kompetenti ta' transitu. L-awtorità kompetenti tad-dispaċċ tista' tieħu d-deċiżjoni qabel il-konklużjoni ta' limitu ta' żmien ta' 61 jum jekk ikollha l-kunsens bil-miktub ta' l-awtoritajiet l-oħra konċernati.

Artikolu 38 6.
Fejn jiġi esportat skart, huwa għandu jiġi destinat għal operazzjonijiet ta' rkupru f'impjant li taħt liġi nazzjonali jopera jew huwa awtorizzat jopera fil-pajjiz tad-destinazzjoni.
Artikolu 38 7.

Jekk xi uffiċċju doganali ta' esportazzjoni jew xi uffiċċju doganali tal-ħruġ mill-Komunità jiskopri vjeġġ illegali, huwa għandu mingħajr dewmien jinforma lill-awtorità kompetenti fil-pajjiż ta' l-uffiċċju doganali, liema awtorità għandha:

(a) 

mingħajr dewmien tinforma lill-awtorità tad-dispaċċ fil-Komunità; u

(b) 

tiżgura ż-żamma ta' l-iskart sakemm l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ ma tkunx iddeċidiet mod ieħor u ikkomunikat dik id-deċiżjoni bil-miktub lill-awtorità kompetenti, fil-pajjiż ta' l-uffiċċju doganali li fih ikun miżmum l-iskart.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1013
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.