+Artikolu 49 Protezzjoni ta' l-ambjent
---+Artikolu 49 1.
---+Artikolu 49 2.
---+Artikolu 49 3.

Artikolu 49 Protezzjoni ta' l-ambjent

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 49 1.
Il-produttur, in-notifikatur u impriżi oħrajn involuti fi vjeġġ ta' skart u/jew l-irkupru jew ir-rimi tiegħu għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jassiguraw li kull skart li huma jittrasportaw jiġi mmaniġġat mingħajr periklu għas-saħħa umana u b'mod ambjentalment san matul il-perjodu tal-vjeġġ u matul l-irkupru u r-rimi tiegħu. Partikolarment, meta l-vjeġġ isir fil-Komunità, għandhom ikunu rispettati r-rekwiżiti ta' l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/12/KE u ta' liġijiet oħra Komunitarji dwar l-iskart.
Artikolu 49 2.

Fil-kaz ta' esportazzjoni mill-Komunità, l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ fil-Komunità għandha:

(a) 

tesiġi u tagħmel li tista' sabiex tiżgura li kwalunkwe skart esportat jiġi mmaniġġat b'mod ambjentalment san matul il-perjodu tal-vjeġġ, inkluż l-irkupru kif imsemmi fl-Artikoli 36 u 38 jew ir-rimi kif imsemmi fl-Artikolu 34, fil-pajjiż terz tad-destinazzjoni;

(b) 

tipprojbixxi l-esportazzjoni ta' skart lejn pajjiżi terzi jekk ikollha raġuni taħseb li l-iskart ma jiġix immaniġġat skond ir-rekwiżiti tal-punt (a).

L-immaniġġar li jkun ambjentalment san jista' inter alia jiġi preżunt fir-rigward ta' l-operazzjoni konċernata ta' rkupru jew rimi ta' skart, jekk in-notifikatur jew l-awtorità kompetenti fil-pajjiż tad-destinazzjoni ikunu jistgħu juru li l-impjant li jirċievi l-iskart ikun operat skond standards ta' protezzjoni tas-saħħa u ta' l-ambjent li huma bejn wieħed u ieħor ekwivalenti għal standards stabbiliti fil-liġi Komunitarja.

Dan il-presunzjoni, iżda, għandha tapplika bla preġudizzju għall-valutazzjoni ġenerali ta' l-immaniġġar ambjentalment san tul il-perjodu tal-vjeġġ u inkluż l-irkupru jew rimi fil-pajjiż terz tad-destinazzjoni.

Għall-finijiet ta' gwida dwar l-immaniġġar ambjentalment san, jistgħu jiġu kunsidrati l-linji gwida fl-Anness VIII.

Artikolu 49 3.

Fil-każ ta' l-importazzjoni fil-Komunità, l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni fil-Komunità għandha:

(a) 

tirrikjedi u tieħu l-passi meħtieġa sabiex tiżgura li kull skart trasportat fiż-żona ta' ġurisdizzjoni tagħha jiġi mmaniġġat mingħajr periklu għas-saħħa tal-bniedem u mingħajr ma jintużaw proċessi jew metodi li jistgħu jagħmlu ħsara lill-ambjent, u skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/12/KE u liġijiet oħra Komunitarji dwar l-iskart matul il-perjodu tal-vjeġġ, inkluż l-irkupru jew ir-rimi fil-pajjiż tad-destinazzjoni;

(b) 

tipprojbixxi l-importazzjoni ta' skart minn pajjiżi terzi jekk ikollha raġuni taħseb li l-iskart ma jiġix immaniġġat skond ir-rekwiżiti tal-punt (a).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1013
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.