+Artikolu 11 Preżentazzjoni konġunta ta' data minn reġistranti multipli
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.

Artikolu 11 Preżentazzjoni konġunta ta' data minn reġistranti multipli

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 11 1.
Meta sustanza tkun intiża li tkun manifatturata fil-Komunità minn manifattur wieħed jew aktar u/jew importata minn importatur wieħed jew aktar, u/jew tkun suġġetta għar-reġistrazzjoni skond l-Artikolu 7, għandu japplika dan li ġej.

Suġġett għall-paragrafu 3, l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 10(a)(iv), (vi), (vii) u (ix), u kwalunkwe indikazzjoni relevanti taħt l-Artikolu 10(a)(viii) għandha l-ewwel tiġi preżentata mir-reġistrant wieħed li jaġixxi bil-ftehim tar-reġistrant(i) l-ieħor/l-oħrajn li jagħtu l-kunsens tagħhom (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “ir-reġistrant prinċipali”).

Kull reġistrant għandu sussegwentement jippreżenta separatament l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 10(a)(i), (ii), (iii) u (x), u kull dikjarazzjoni relevanti taħt l-Artikolu 10(a)(viii).

Ir-reġistranti jistgħu jiddeċiedu huma stess jekk jippreżentawx l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 10(a)(v) u (b) u kwalunkwe indikazzjoni relevanti taħt l-Artikolu 10(a)(viii) separatament jew jekk għandux ikun manifattur jew importatur wieħed li jippreżenta din l-informazzjoni għan-nom ta' l-oħrajn.

Artikolu 11 2.
Kull reġistrant jeħtieġ li jikkonforma biss mal-paragrafu 1 fir-rigward tal-punti ta' informazzjoni speċifikati fl-Artikolu 10(a)(iv), (vi), (vii) u (ix) li huma meħtieġa għall-finijiet ta' reġistrazzjoni fil-limiti tat-tunnellaġġ tiegħu skond l-Artikolu 12.
Artikolu 11 3.

Reġistrant jista' jippreżenta separatament l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(a)(iv), (vi), (vii) jew (ix) jekk:

(a) 

tkun spiża sproporzjonata għalih li jippreżenta din l-informazzjoni b'mod konġunt; jew

(b) 

il-preżentazzjoni konġunta ta' l-informazzjoni twassal għal żvelar ta' informazzjoni li huwa jikkonsidra kummerċjalment sensittiva u li aktarx tikkawżalu ħsara kummerċjali sostanzjali; jew

(ċ) 

huwa ma jaqbilx mar-reġistrant prinċipali dwar l-għażla ta' din l-informazzjoni.

Jekk ikunu japplikaw il-punti (a), (b) jew (ċ), ir-reġistrant għandu jippreżenta flimkien mad-dossier, spjegazzjoni għaliex l-ispejjeż ikunu sproporzjonati, għaliex l-iżvelar ta' l-informazzjoni aktarx kien se jwassal għal ħsara kummerċjali sostanzjali jew in-natura tan-nuqqas ta' ftehim, skond il-każ.

Artikolu 11 4.
Il-preżentazzjoni għal reġistrazzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-ħlas meħtieġ skond it-Titolu IX.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1907
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.