|
+Artikolu 12 1. |
Artikolu 12 1.Id-dossier tekniku msemmi fl-Artikolu 10(a) għandu jinkludi taħt il-punti (vi) u (vii) ta' dik id-dispożizzjoni l-informazzjoni kollha fiżikokimika, tossikoloġika u ekotossikoloġika li tkun relevanti u disponibbli għar-reġistrant u bħala minimu dan li ġej:
(a)
l-informazzjoni speċifikata fl-Anness VII għal sustanzi li m'humiex ta' introduzzjoni gradwali, u għal sustanzi ta' introduzzjoni gradwali li jissodisfaw wieħed mill-kriterji jew it-tnejn speċifikati fl-Anness III, manifatturati jew importati fi kwantitajiet ta' tunnellata metrika waħda jew aktar fis-sena għal kull manifattur jew importatur;
(b)
l-informazzjoni dwar il-proprjetajiet fiżikokimiċi speċifikati fl-Anness VII, Taqsima 7 għal sustanzi ta' introduzzjoni gradwali manifatturati jew importati fi kwantitajiet ta' tunnellata metrika jew aktar fis-sena għal kull manifattur jew importatur li ma jissodisfaw l-ebda kriterju speċifikat fl-Anness III;
(ċ)
l-informazzjoni speċifikata fl-Annessi VII u VIII għal sustanzi manifatturati jew importati fi kwantitajiet ta' 10 tunnellati metriċi jew aktar kull sena għal kull manifattur jew importatur;
(d)
l-informazzjoni speċifikata fl-Annessi VII u VIII u l-proposti dwar ittestjar għall-għoti ta' l-informazzjoni speċifikata fl-Anness X għal sustanzi manifatturati jew importati fi kwantitajiet ta' 100 tunnellata metrika jew aktar kull sena kull manifattur jew importatur;
(e)
l-informazzjoni speċifikata fl-Annessi VII u VIII u l-proposti dwar ittestjar għall-għoti ta' l-informazzjoni speċifikata fl-Annessi IX u X għal sustanzi manifatturati jew importati fi kwantitajiet ta' 1 000 tunnellata metrika jew aktar kull sena għal kull manifattur jew importatur. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|