|
+Artikolu 18 4. |
Artikolu 18 4.Il-paragrafi 2 u 3 għandhom japplikaw biss għal sustanzi intermedji iżolati trasportati jekk il-manifattur jew l-importatur jikkonferma huwa stess jew jiddikjara li jkun irċieva konferma mill-utent li s-sintesi ta' sustanza oħra jew sustanzi oħrajn minn dik intermedja sseħħ f'siti oħrajn taħt il-kondizzjonijiet strettament kontrollati li ġejjin:
(a)
is-sustanza tinżamm rigorożament kontenuta b'mezzi tekniċi matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħha inklużi l-manifattura, il-purifikazzjoni, it-tindif u l-manutenzjoni ta' tagħmir, il-kampjunament, l-analiżi, it-tagħbija u l-ħatt ta' apparat jew bastimenti, ir-rimi ta' skart jew il-purifikazzjoni u l-ħażna;
(b)
għandhom jintużaw teknoloġiji proċedurali u ta' kontroll sabiex jiġu minimizzati l-emissjoni u kwalunkwe espożizzjoni li tirriżulta;
(ċ)
ikun biss persunal imħarreġ sew u awtorizzat li jimmaniġġa s-sustanza;
(d)
fil-każ ta' xogħlijiet ta' tindif u ta' manutenzjoni, jiġu applikati proċeduri speċjali bħal tindif u ħasil qabel il-ftuħ u d-dħul fis-sistema;
(e)
f'każ ta' xi inċident u fejn jinħoloq l-iskart, jintużaw teknoloġiji proċedurali u/jew ta' kontroll sabiex jiġu minimizzati l-emissjonijiet u l-espożizzjoni li tirriżulta matul proċeduri ta' purifikazzjoni jew tindif u manutenzjoni;
(f)
il-proċeduri ta' maniġġar ta' sustanzi huma dokumentati tajjeb u sorveljati b'mod strett mill-operatur tas-sit. Jekk il-kondizzjonijiet disposti fl-ewwel subparagrafu ma jkunux sodisfatti, ir-reġistrazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 10. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|