+Artikolu 22 Obbligi ulterjuri tar-reġistranti
---+Artikolu 22 1.
---+Artikolu 22 2.
---+Artikolu 22 3.
---+Artikolu 22 4.
---+Artikolu 22 5.
|
Artikolu 22 Obbligi ulterjuri tar-reġistranti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 22 1.
|
Wara r-reġistrazzjoni, reġistrant għandu jkun responsabbli, bl-inizjattiva tiegħu stess, mill-aġġornament tar-reġistrazzjoni tiegħu mingħajr dewmien żejjed bl-informazzjoni relevanti ġdida u mill-preżentazzjoni tagħha lill-Aġenzija fil-każijiet li ġejjin:
(a)
kwalunkwe bidla fl-istat tiegħu, bħala manifattur, importatur jew produttur ta' oġġetti, jew fl-identità tiegħu, bħall-isem jew l-indirizz tiegħu;
(b)
kwalunkwe bidla fil-kompożizzjoni tas-sustanza kif mogħtija fit-Taqsima 2 ta' l-Anness VI;
(ċ)
bidliet fil-kwantitajiet annwali jew totali manifatturati jew importati minnu jew fil-kwantitajiet ta' sustanzi preżenti f'oġġetti prodotti jew importati minnu jekk dawn jirriżultaw f'bidla fil-limiti tat-tunnellaġġ, inkluż il-waqfien tal-manifattura jew l-importazzjoni;
(d)
użi ġodda identifikati u użi ġodda li ngħata parir kontrihom kif imsemmi fit-Taqsima 3.7 ta' l-Anness IV li għalihom tiġi manifatturata jew importata s-sustanza;
(e)
informazzjoni ġdida dwar ir-riskji tas-sustanza għas-saħħa tal-bniedem u/jew għall-ambjent li huwa jista' raġonevolment ikun sar jaf dwarhom li twassal għal bidliet fl-iskeda ta' data ta' sigurtà jew fir-rapport ta' sigurtà kimika;
(f)
kwalunkwe bidla fil-klassifikazzjoni u l-ittikkettar tas-sustanza;
(g)
kwalunkwe aġġornament jew emenda tar-rapport ta' sigurtà kimika jew tat-Taqsima 5 ta' l-Anness VI;
(h)
fejn ir-reġistrant jidentifika l-ħtieġa li jwettaq test elenkat fl-Anness IX jew fl-Anness X, fejn f'dan il-każ ikollha tiġi żviluppata proposta ta' ttestjar;
(i)
kwalunkwe bidla fl-aċċess mogħti għall-informazzjoni fir-reġistrazzjoni.
L-Aġenzija għandha tikkomunika din l-informazzjoni lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru relevanti.
|
|
Artikolu 22 2.
|
Reġistrant għandu jippreżenta lill-Aġenzija aġġornament tar-reġistrazzjoni li jkun fih l-informazzjoni meħtieġa mid-deċiżjoni li tkun saret skond l-Artikoli 40, 41 jew 46 jew b'kont meħud ta' deċiżjoni li tkun saret skond l-Artikoli 60 u 73, fit-terminu perentorju speċifikat f'dik id-deċiżjoni. L-Aġenzija għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru relevanti li l-informazzjoni tkun disponibbli fid-database tagħha.
|
|
Artikolu 22 3.
|
L-Aġenzija għandha twettaq kontroll tal-kompletezza skond l-Artikolu 20(2) l-ewwel u t-tieni subparagrafi ta' kull reġistrazzjoni aġġornata. F'każijiet fejn l-aġġornament ikun konformi ma' l-Artikolu 12(2) u mal-paragrafu 1(ċ) ta' dan l-Artikolu l-Aġenzija għandha tivverifika l-kompletezza ta' l-informazzjoni mogħtija mir-reġistrant u għandu japplika l-Artikolu 20(2) adattat kif meħtieġ.
|
|
Artikolu 22 4.
|
F'każijiet koperti mill-Artikoli 11 jew 19, kull reġistrant għandu jibgħat separatament l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1(ċ) ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 22 5.
|
Aġġornament għandu jkun akkumpanjat mill-parti relevanti tal-ħlas meħtieġ skond it-Titolu IX.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1907
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|