+Artikolu 23 Dispożizzjonijiet speċifiċi għal sustanzi ta' introduzzjoni gradwali
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 2.
---+Artikolu 23 3.
---+Artikolu 23 4.
---+Artikolu 23 5.

Artikolu 23 Dispożizzjonijiet speċifiċi għal sustanzi ta' introduzzjoni gradwali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 23 1.

L-Artikolu 5, l-Artikolu 6, l-Artikolu 7(1), l-Artikolu 17, l-Artikolu 18 u l-Artikolu 21 ma għandhomx japplikaw sa l-1 ta' Diċembru 2010 għas-sustanzi li ġejjin:

(a) 

sustanzi ta' introduzzjoni gradwali klassifikati bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni, tal-Kategorija 1 jew 2, skond id-Direttiva 67/548/KEE u manifatturati fil-Komunità jew importati, fi kwantitajiet li jilħqu tunnellata metrika jew aktar fis-sena kull manifattur jew kull importatur, mill-inqas darba wara l-1 ta' Ġunju 2007;

(b) 

sustanzi ta' introduzzjoni gradwali klassifikati bħala tossiċi ħafna għall-organiżmi akkwatiċi li jistgħu jikkaġunaw effetti ħżiena għal perjodu twil fl-ambjent akkwatiku (R50/53) skond id-Direttiva 67/548/KEE, u manifatturati fil-Komunità jew importati fi kwantitajiet li jilħqu l-100 tunnellata metrika jew aktar fis-sena kull manifattur jew kull importatur, mill-inqas darba wara l-1 ta' Ġunju 2007;

(ċ) 

sustanzi ta' introduzzjoni gradwali manifatturati fil-Komunità jew importati, fi kwantitajiet li jilħqu 1 000 tunnellata metrika jew aktar fis-sena kull manifattur jew kull importatur, mill-inqas darba wara l-1 ta' Ġunju 2007.

Artikolu 23 2.
L-Artikolu 5, l-Artikolu 6, l-Artikolu 7(1), l-Artikolu 17, l-Artikolu 18 u l-Artikolu 21 ma għandhomx japplikaw sa l-1 ta' Ġunju 2013 għal sustanzi ta' introduzzjoni gradwali manifatturati fil-Komunità jew importati, fi kwantitajiet li jilħqu 100 tunnellata metrika jew aktar fis-sena kull manifattur jew kull importatur, mill-inqas darba wara l-1 ta' Ġunju 2007.
Artikolu 23 3.
L-Artikolu 5, l-Artikolu 6, l-Artikolu 7(1), l-Artikolu 17, l-Artikolu 18 u l-Artikolu 21 ma għandomx japplikaw sa l-1 ta' Ġunju 2018 għal sustanzi ta' introduzzjoni gradwali manifatturati fil-Komunità jew importati, fi kwantitajiet li jilħqu tunnellata metrika jew aktar fis-sena kull manifattur jew kull importatur, mill-inqas darba wara l-1 ta' Ġunju 2007.
Artikolu 23 4.
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 sa 3, tista' tiġi preżentata reġistrazzjoni fi kwalunkwe żmien qabel l-iskadenza relevanti.
Artikolu 23 5.
Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għal sustanzi reġistrati taħt l-Artikolu 7 adattat kif meħtieġ.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1907
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.