+Artikolu 28 L-obbligu ta' pre-reġistrazzjoni għal sustanzi ta' introduzzjoni gradwali
---+Artikolu 28 1.
---+Artikolu 28 2.
---+Artikolu 28 3.
---+Artikolu 28 4.
---+Artikolu 28 5.
---+Artikolu 28 6.
---+Artikolu 28 7.
|
Artikolu 28 L-obbligu ta' pre-reġistrazzjoni għal sustanzi ta' introduzzjoni gradwali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 28 1.
|
Sabiex igawdi mir-reġim transizzjonali previst fl-Artikolu 23 kull reġistrant potenzjali ta' sustanza ta' introduzzjoni gradwali fi kwantitajiet ta' tunnellata metrika jew aktar fis-sena, anke mingħajr intermedji ta' limitazzjoni, għandu jippreżenta l-informazzjoni kollha li ġejja lill-Aġenzija:
(a)
l-isem tas-sustanza kif speċifikat fit-Taqsima 2 ta' l-Anness VI, inklużi in-numri tagħha ta' l-EINECS u tal-CAS jew, jekk mhux disponibbli, kwalunkwe kodiċi ta' identità ieħor;
(b)
ismu u l-indirizz tiegħu u l-isem tal-persuna ta' kuntatt u, fejn xieraq, l-isem u l-indirizz tal-persuna li tirrappreżentah skond l-Artikolu 4 kif speċifikat fit-Taqsima 1 ta' l-Anness VI;
(ċ)
id-data ta' skadenza tat-terminu perentorju previst għar-reġistrazzjoni u l- medda ta' tunnellaġġ;
(d)
l-isem jew ismijiet tas-sustanza jew sustanzi kif speċifikati fit-Taqsima 2 ta' l-Anness VI, inkluż in-numri tagħhom ta' l-EINECS u tal-CAS jew, jekk mhux disponibbli, kwalunkwe kodiċi ieħor ta' identifikazzjoni, li għalihom tkun relevanti l-informazzjoni disponibbli għall-applikazzjoni tat-Taqsimiet 1.3 u 1.5 ta' l-Anness XI.
|
|
Artikolu 28 2.
|
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi preżentata f'perjodu ta' żmien li jibda Fl-1 ta' Ġunju 2008 u jispiċċa fl-1 ta' Diċembru 2008.
|
|
Artikolu 28 3.
|
Ir-reġistranti li ma jippreżentawx l-informazzjoni meħtieġa taħt il-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-Artikolu 23.
|
|
Artikolu 28 4.
|
L-Aġenzija għandha, sa l-1 ta' Jannar 2009, tippubblika fil-website tagħha lista tas-sustanzi msemmija fil-paragrafi 1(a) u (d). Dik il-lista għandha tinkludi biss l-ismijiet tas-sustanzi, inklużi n-numri ta' l-EINECs u tal-CAS, jekk ikunu disponibbli, u kodiċi oħrajn ta' identità u l-ewwel skadenza ta' reġistrazzjoni prevista.
|
|
Artikolu 28 5.
|
Wara l-pubblikazzjoni tal-lista, utent “downstream” ta' sustanza li ma tidherx fil-lista jista' jinnotifika l-Aġenzija bl-interess tiegħu fis-sustanza, bid-dettalji ta' kuntatt tiegħu u bid-dettalji tal-fornitur attwali tiegħu. L-Aġenzija għandha tippubblika fuq il-website tagħha l-isem tas-sustanza u, meta mitluba, tagħti d-dettalji ta' l-utent “downstream” lil reġistrant potenzjali.
|
|
Artikolu 28 6.
|
Reġistranti potenzjali li jimmanifatturaw jew jimportaw għall-ewwel darba sustanza ta' introduzzjoni gradwali fi kwantitajiet ta' tunnellata metrika jew aktar fis-sena jew jużaw għall-ewwel darba sustanza ta' introduzzjoni gradwali fil-kuntest ta' produzzjoni ta' oġġetti jew jimportaw għall-ewwel darba oġġett li jkollu fih sustanza ta' introduzzjoni gradwali li jkun jeħtieġ reġistrazzjoni, wara l-1 ta' Diċembru 2008, għandhom ikollhom id-dritt jibbenefikaw mill-Artikolu 23 bil-kondizzjoni li jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu lill-Aġenzija fi żmien sitt xhur mill-ewwel manifattura, importazzjoni jew użu tas-sustanza fi kwantitajiet ta' tunnellata metrika jew aktar fis-sena u mhux aktar tard minn tnax-il xahar qabel l-skadenza tat-terminu perentorju relevanti fl-Artikolu 23.
|
|
Artikolu 28 7.
|
Il-manifatturi jew l-importaturi ta' sustanzi ta' introduzzjoni gradwali fi kwantitajiet ta' inqas minn tunnellata metrika fis-sena li jidhru fil-lista pubblikata mill-Aġenzija skond il-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, kif ukoll l-utenti “downstream” ta' dawk is-sustanzi u terzi li jkollhom informazzjoni dwar dawk is-sustanzi, jistgħu jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jew kwalunkwe informazzjoni relevanti oħra lill-Aġenzija għal dawk is-sustanzi, bil-ħsieb li tkun parti mill-forum ta' skambju ta' informazzjoni dwar sustanzi kif imsemmi fl-Artikolu 29.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1907
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|