+Artikolu 31 Rekwiżiti għal skedi ta' data ta' sigurtà
---+Artikolu 31 1.
---+Artikolu 31 2.
---+Artikolu 31 3.
---+Artikolu 31 4.
---+Artikolu 31 5.
---+Artikolu 31 6.
---+Artikolu 31 7.
---+Artikolu 31 8.
---+Artikolu 31 9.
---+Artikolu 31 10.

Artikolu 31 Rekwiżiti għal skedi ta' data ta' sigurtà

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 31 1.

Il-fornitur ta' sustanza jew ►M3  taħlita ◄ għandu jipprovdi lir-riċevitur ta' sustanza jew ►M3  taħlita ◄ skeda ta' data ta' sigurtà li tkun imfassla skond l-Anness II:

▼M3

(a) 

fejn sustanza jew taħlita tissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala perikolużi skond ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008; jew

▼C1

(b) 

fejn sustanza tkun persistenti, bijo-akkumulattiva u tossika jew persistenti ħafna u bijo-akkumulattiva ħafna skond il-kriterji stabbiliti fl-Anness XIII; jew

(ċ) 

fejn sustanza tkun inkluża fil-lista stabbilita skond l-Artikolu 59(1) għal raġunijiet diversi minn dawk imsemmija fil-punti (a) u (b).

Artikolu 31 2.
Kwalunkwe attur fil-katina tal-provvista li jkun meħtieġ, skond l-Artikoli 14 jew 36, li jwettaq valutazzjoni tas-sigurtà kimika fir-rigward ta' sustanza għandu jiżgura li l-informazzjoni fl-iskeda ta' data ta' sigurtà tkun konsistenti ma' l-informazzjoni f'dik il-valutazzjoni. Jekk l-iskeda ta' data ta' sigurtà tkun ġiet elaborata għat- ►M3  taħlita ◄ u l-attur fil-katina tal-provvista pprepara valutazzjoni tas-sigurtà kimika għal dak it- ►M3  taħlita ◄ , ikun suffiċjenti jekk l-informazzjoni fl-iskeda ta' data ta' sigurtà tkun konsistenti mar-rapport ta' sigurtà kimika għat- ►M3  taħlita ◄ minflok mar-rapport ta' sigurtà kimika għal kull sustanza fit- ►M3  taħlita ◄ .
Artikolu 31 3.

Il-fornitur għandu jipprovdi lir-reċipjent fuq talba tiegħu bi skeda ta' data ta sigurtà kkompilata skond l-Anness II, fejn taħlita ma ti'ssodisfax il-kriterji għal klassifikazzjoni bħala perikoluża skond it-Titoli I u II tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, iżda jkun fiha:

(a) 

f'konċentrazzjoni individwali ta' ≥ 1 % skond il-piż għal taħlitiet mhux gassużi u ≥ 0,2 % skond il-volum għal taħlitiet gassużi mill-inqas sustanza waħda tikkostitwixxi perikolu għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent; jew

(b) 

f'konċentrazzjoni individwali ta' ≥ 0,1 % skond il-piż għal taħlitiet non gassużi ta' mill-inqas sustanza waħda li hija karċinoġenika kategorija 2 jew tossika għar-riproduzzjoni kategorija 1A, 1B u2, sensitizzatur tal-ġilda kategorija 1, sensitizzatur respiratorju kategorija 1, jew għandha effetti fuq it-treddiegħ jew minnu jew hija persistenti, bijoakkumulattiva utossika (PBT) skond il-kriterji mniżżla fl-AnnessXIII jew persistenti ħafna jew bijoakkumulattiva ħafna (vPvB) skond il-kriterji mniżżla fl-AnnessXIII jew ġiet inkluża għal raġunijiet minbarra dawk imsemmija fil-punt (a)fil-lista stabbilita skond l-Artikolu59(1); jew

(ċ) 

sustanza li għalija hemm limiti Komunitarji ta' esponiment fuq il-post tax-xogħol.

Artikolu 31 4.
L-iskeda ta' data ta' sigurtà m'għandhiex għalfejn tiġi provduta fejn is-sustanzi jew it-taħlitiet perikolużi offruti jew mibjugħa lill-pubbliku ġenerali jkunu pprovduti b'informazzjoni suffiċjenti sabiex l-utenti jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri neċessarji fir-rigward tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, is-sigurtà u l-ambjent, ħlief jekk mitluba minn utent “downstream” jew distributur.
Artikolu 31 5.
L-iskeda ta' data ta' sigurtà għandha tingħata f'lingwa uffiċjali ta' l-Istat jew Stati Membri fejn is-sustanza jew ►M3  taħlita ◄ jitqiegħdu fis-suq, sakemm l-Istat jew Stati Membri konċernati ma jipprovdux mod ieħor.
Artikolu 31 6.

L-iskeda ta' data ta' sigurtà għandha tkun datata u għandha tinkludi l-intestaturi li ġejjin:

1. 

l-identifikazzjoni tas-sustanza jew ►M3  taħlita ◄ u l-identifikazzjoni tal-kumpannija jew intrapriża;

2. 

l-identifikazzjoni tal-perikoli;

3. 

il-kompożizzjoni tagħha jew informazzjoni dwar l-ingredjenti;

4. 

miżuri ta' l-ewwel għajnuna;

5. 

miżuri tat-tifi tan-nar;

6. 

miżuri tar-rilaxx aċċidentali;

7. 

il-maniġġ u l-ħażna;

8. 

il-kontrolli ta' l-espożizzjoni jew il-protezzjoni personali;

9. 

il-proprjetajiet fiżiċi u kimiċi;

10. 

l-istabbiltà u r-reattività;

11. 

informazzjoni tossikoloġika;

12. 

informazzjoni ekoloġika;

13. 

konsiderazzjonijiet dwar ir-rimi;

14. 

informazzjoni dwar it-trasport;

15. 

informazzjoni regolatorja;

16. 

informazzjoni oħra.

Artikolu 31 7.
Kwalunkwe attur fil-katina tal-provvista li jkun meħtieġ jipprepara rapport ta' sigurtà kimika skond l-Artikolu 14 jew l-Artikolu 37 għandu jqiegħed ix-xenarji relevanti ta' espożizzjoni (inklużi l-kategoriji ta' użu u espożizzjoni fejn ikun il-każ) f'anness ma' l-iskeda ta' data ta' sigurtà li tkopri l-użi identifikati u li jinkludi l-kondizzjonijiet speċifiċi li jirriżultaw mill-applikazzjoni tat-Taqsima 3 ta' l-Anness XI.

Kwalunkwe utent “downstream” għandu jinkludi xenarji relevanti ta' espożizzjoni, u juża informazzjoni oħra relevanti, mill-iskeda ta' data ta' sigurtà fornita lilu meta jikkompila l-iskeda ta' data ta' sigurtà tiegħu stess għal użi identifikati.

Kwalunkwe distributur għandu jgħaddi xenarji relevanti ta' espożizzjoni, u juża informazzjoni relevanti oħra, mill-iskeda ta' data ta' sigurtà fornita lilu meta jikkompila l-iskeda ta' data ta' sigurtà tiegħu stess għal użi li dwarhom ikun għadda informazzjoni skond l-Artikolu 37(2).

Artikolu 31 8.
Skeda ta' data ta' sigurtà għandha tiġi provduta mingħajr ħlas fuq il-karta jew b'mod elettroniku sa mhux aktar tard mid-data li fiha s-sustanza jew it-taħlita hija fornuta l-ewwel darba.
Artikolu 31 9.

Il-fornituri għandhom jaġġornaw l-iskeda ta' data ta' sigurtà mingħajr dewmien f'dawn l-okkazzjonijiet:

(a) 

malli ssir disponibbli informazzjoni ġdida li tista' tolqot il-miżuri ta' l-immaniġġar tar-riskji, jew informazzjoni ġdida dwar perikli;

(b) 

meta tkun ngħatat jew ġiet miċħuda l-awtorizzazzjoni;

(ċ) 

meta tiġi imposta restrizzjoni.

Il-verżjoni l-ġdida u datata ta' din l-informazzjoni, identifikata bħala “Reviżjoni: (data)”, għandha tingħata mingħajr ħlas fuq karta jew b'mod elettroniku lir-riċevituri preċedenti kollha li lilhom il-fornituri fornew is-sustanza jew it- ►M3  taħlita ◄ fit-tnax-il xahar preċedenti. Kwalunkwe aġġornament wara r-reġistrazzjoni għandu jinkludi n-numru tar-reġistrazzjoni.

Artikolu 31 10.

Fejn sustanzi huma klassifikati skond ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008. matul il-perijodu mid-dħul fis-seħħ tiegħu sa l-1 ta' Diċembru 2010, dik il-klassifikazzjoni tista' tiżdied fl-iskeda ta' data ta' sigurtà flimkien mal-klassifikazzjoni skond id-Direttiva 67/548/KEE.

Mill-1 ta' Diċembru 2010 sa l-1 ta' Ġunju 2015, l-iskedi ta' data ta' sigurtà għas-sustanzi għandhom jinkludu l-klassifikazzjoni kemm skond id-Direttiva 67/548/KEE kif ukoll skond ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008

Fejn taħlitiet huma klassifikati skond ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008matul il-perijodu mid-dħul fis-seħħ tagħha sa l-1 ta' Ġunju 2015, dik il-klassifikazzjoni tista' tiġi miżjuda fl-iskeda ta' data ta' sigurtà, flimkien mal-klassifikazzjoni skond id-Direttiva 1999/45/KE. Madankollu, sa l-1 ta' Ġunju 2015, fejn sustanzi jew taħlitiet huma t-tnejn klassifikati u ttikkettati skond ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008dik il-klassifikazzjoni għandha tkun provduta fl-iskeda ta' data ta' sigurtà, flimkien mal-klassifikazzjoni skond id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE rispettivament, għas-sustanza, it-taħlita jew l-kostitwenti tagħhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1907
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.