+Artikolu 44 Kriterji għall-valutazzjoni tas-sustanza
---+Artikolu 44 1.
---+Artikolu 44 2.

Artikolu 44 Kriterji għall-valutazzjoni tas-sustanza

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 44 1.

Sabiex jiġi żgurat approċċ armonizzat, l-Aġenzija għandha, f'koperazzjoni ma' l-Istati Membri, tiżviluppa kriterji għall-prijoritizzazzjoni tas-sustanzi bl-iskop ta' valutazzjoni ulterjuri. Il-prijoritizzazzjoni għandha ssir permezz ta' approċċ ibbażat fuq ir-riskju. Il-kriterji għandhom jikkonsidraw:

(a) 

informazzjoni tal-periklu, pereżempju s-similarità strutturali tas-sustanza ma' sustanzi magħrufa li jkunu ta' tħassib jew ma' sustanzi li jkunu persistenti u li aktarx jagħmlu bijoakkumulazzjoni, li tissuġġerixxu li s-sustanza jew waħda jew aktar mill-prodotti ta' trasformazzjoni tagħha jkollhom proprjetajiet ta' tħassib jew ikunu persistenti u li aktarx jagħmlu bijoakkumulazzjoni;

(b) 

informazzjoni dwar espożizzjoni;

(ċ) 

it-tunnellaġġ, inkluż it-tunnellaġġ aggregat mir-reġistrazzjonijiet preżentati minn diversi reġistranti.

Artikolu 44 2.
L-Aġenzija għandha tuża l-kriterji fil-paragrafu 1 sabiex tikkompila abbozz ta' pjan ta' azzjoni Komunitarju rikorrenti li għandu jkopri perjodu ta' 3 snin u għandu jispeċifika s-sustanzi li jkollhom jiġu valutati kull sena. Is-sustanzi għandhom jiġu inklużi, jekk ikun hemm raġunijiet, sabiex jiġi meqjus (jew abbażi ta' valutazzjoni ta' dossier imwettqa mill-Aġenzija jew abbażi ta' kwalunkwe sors ieħor adegwat, inkluża l-informazzjoni fid-dossier tar-reġistrazzjoni) li ċerta sustanza tikkostitwixxi riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent. L-Aġenzija għandha tippreżenta l-ewwel abbozz tal-pjan ta' azzjoni rikorrenti lill-Istati Membri sa l-1 ta' Diċembru 2011. L-Aġenzija għandha tippreżenta abbozzi ta' aġġornamenti annwali għall-pjan ta' azzjoni rikorrenti lill-Istati Membri sat-28 ta' Frar ta' kull sena.

L-Aġenzija għandha tadotta l-pjan ta' azzjoni Komunitarju rikorrenti abbażi ta' opinjoni mill-Kumitat ta' l-Istati Membri stabbilit taħt l-Artikolu 75(1)(e) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat ta' l-Istati Membri”) u għandha tippubblika l-pjan fil-website tagħha, waqt li tidentifika l-Istat Membru li jwettaq il-valutazzjoni tas-sustanzi elenkati fih hekk kif determinat skond l-Artikolu 45.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1907
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.